UEFA
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
L-Unjoni tal-Assoċjazzjoniet tal-Futbol Ewropej (The Union of European Football Associations), jew kif inhi magħrufha aħjar bħala l-UEFA ("wefa"), hi l-amministrazzjoni u dik li tikkontrolla l-futbol Ewropew. Hi tirrapreżenta l-assoċjazzjoniet nazzjonali tal-futbol ta' l-Ewropa. Tieħu ħsieb il-kompetizzjoniet tan-nazzjonal u tal-klabbs madwar l-Ewropa kollha u tieħu ħsieb il-flus rigalati, ir-regoli u d-drittijiet tal-medja ta' dawn il-kompetizzjoniet. Diversi assoċjazzjoniet nazzjonali tal-futbol li ġeografikament jagħmlu ma' l-Asja qegħdin imsieħba fil-UEFA minflok fl-Asian Football Confederation (AFC). Dawn jinkludu t-Turkija, l-Israel u l-Każakistan. Ċipru għażel li jiġi klassifikat bħala nazzjon tal-futbol Ewropew, dan seta' jagħżel li jmur ma' l-Ewropa, l-Asja u l-Afrika. Anki l-Armenja għażlet li tiġi klassifikata bħala nazzjon tal-futbol Ewropew, din setgħat tagħżel li tmur ma' l-Ewropa jew l-Asja.
Il-UEFA ilha mwaqqfha mill-15 ta' Ġunju 1954 ġewwa Basil, l-Isvizzera wara diskussjoni bejn l-Assoċjazzjoni tal-Futbol Franċiża, Taljana u Belġjana. Il-kwartieri ġenerali kienu jinstabu f'Pariġi sa l-1959 meta l-organizazzjoni mxiet lejn Bern. L-ewwel Segretarju Ġenerali kien Henri Delaunay u Ebbe Schwarts kien l-ewwel president. Iċ-ċentru amministrativ ilu miftuħ sa mill-1995 u jinsab f'Nyon, l-Isvizzera. Fil-bidu kienet magħmulha minn 25 assoċazzjoni nazzjonali, iżda illum insibu fiha 53 assoċjazzjoni.
Is-Segretarji Ġenerali tal-UEFA:
(Il-Franċiż) Henri Delaunay (1954-55)
(Il-Franċiż) Pierre Delaunay (1955-60)
(L-Isvizeru) Hans Bangerter (1960-89)
(Id-Daniż) Gerhard Argner (1989-2003)
(L-Isvediż) Lars-Christer Olsson (2003- )
Il-Presidenti tal-UEFA:
(Id-Daniż) Ebbe Schwartz
It-Timijiet Nazzjonali li tieħu ħsieb il-UEFA:
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Andorra
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Awstrija
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Belġju
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' Ċipru
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol tad-Danimarka
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Estonja
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Finlandja
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' Franza
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Greċja
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Gżejjer Faroe
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Ingilterra
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Irlanda
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Italja
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol t'Iżrael
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Kroazja
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' Malta
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Portugall
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol tar-Repubblika Ċeka
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' San Marino
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' Spanja
It-Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Ungerija