Żurrieq
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Żurrieq | |
Motto: Mill-baħar iżraq ħadt ismi (bil-Latin: Sic a Cyaneo Aequore Vocor) | |
Isem uffiċjali: | Żurrieq |
---|---|
Latitudni: | 35°50' N |
Lonġitudni: | 14°28' E |
Area: | km2 |
Popolazzjoni: - Total - Densità: |
9,850 - pers./km2 |
Konfini: | |
Isem ta' l-abitanti: | Żrieraq |
Patrun: - Qaddis - Ġurnata: |
Santa Katerina ta' Lixandra |
Sit elettroniku: | http://www.zurrieq.gov.mt/ |
Iż-Żurrieq hu wieħed mill-eqdem irħula ta' Malta b'popolazzjoni ta' madwar 10,000 ruħ. Jinsab fin-nofs in-nhar ta' Malta. Sar paroċċa fl-1436 u l-knisja parrokkjali hi dedikata lil Santa Katerina t'Alessandrija.
[editja] Attrazzjonijiet turistiċi
L-akbar attrazzjoni turistika hi l-Blue Grotto, magħrufa wkoll bħala 'il-Ħnejja' min-nies tal-post (ix-xjuħ l-aktar). Magħrufa l-aktar minħabba l-kulur kaħlani tal-baħar ta' ġo fiha. Biex tasal sal-Ħnejja trid taqbad dgħajsa minn Wied iż-Żurrieq.
Attrazzjoni oħra fiż-Żurrieq hi l-Mitħna tax-Xarolla. Dil-mitħna tinsab fil-limit taż-Żurrieq, ħdejn Ħal-Safi. Waqt xi restawr li kien qed isir ftit tas-snin ilu kienu nkixfu wkoll xi katakombi eżatt taħt il-mitħna.
Iż-Żurrieq magħruf ukoll għall-festi tiegħu li jiġu festeġġjati fis-Sajf. L-ewwel waħda ddekiata għall-Madonna tal-Karmnu tiħi ċelebrata fit-tielet Ħadd ta' Lulju. Il-festa tal-patruna, Santa Katerina t'Alessandrija, tiġi ċċelebrata fl-ewwel Ħadd ta' Settembru. Il-festi jibdew mit-Tnejn ta' qabel u jdumu għaddejjin ġimgħa sħiħa. Fihom ikun hemm ċelebrazzjonijiet bil-banda, murtali u nar tal-art. Ikun hemm ukoll it-Tridu biex tkun ukoll meqjuma il-Madonna/qaddisa reliġjożament.
[editja] Oqsma
Iż-Żurrieq maqsum f'qisu 6 partijiet li huma;
- Iċ-Ċentru - fejn hemm il-pjazza
- Ix-Xarolla - il-parti li tmiss ma' Ħal-Safi
- In-Nigret - L-ogħla parti taż-Żurrieq
- Bubaqra - Bejn ix-Xarolla u n-Nigret
- Taħt ir-raħal - Il-parti li minnha tibqa' sejjer lejn Wied iż-Żurrieq
- Tal-Bebbux - Il-parti li tmiss mal-Qrendi
Dan l-artiklu huwa abbozz (stub). Jekk tista', ikkontribwixxi issa biex ittejbu, dejjem skond il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. Għal-lista kompluta ta' abbozzi, ara l-kategorija relatata. |