Web Analytics

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Antonio Sciortino - Wikipedija

Antonio Sciortino

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.


Antonio Sciortino (Ħaż-Żebbuġ, 25 ta' Jannar, 1879 - 10 ta' Awissu, 1947) huwa skultur Malti li xogħlu jirrefletti ħafna movimenti artistiċi fosthom ir-realiżmu, l-influwenza ta' Auguste Rodin u l-Futuriżmu. Studja u ħadem Ruma, l-aktar fl-akkademja Brittanika. L'iskultur żviluppa stil originali li ġibdet l-ammirazjoni ta' ħafna u ġabitlu ordnijiet ta' xogħol mir-Russja, il-Brażil u l-Istati Uniti. Sciortino kien direttur ta' l-Akkademja Brittanika ta' l-Arti ġewwa Ruma (1911-1936), u mill-1937 sa mewtu kien kuratur fil-Mużew ta' l-Arti Malta. [1]


Werrej

[editja] Bijografija, Xogħlijiet u Stil

Sa minn meta kien għadu tifel ta' l-iskola, Sciortino wera ġibda lejn l-iskultura. Il-ħabib tiegħu Pawlu Grech ifakkru jnaqqax bil-mus fuq xi biċċa ġebla figuri ta' nies u annimali[2]. It-talent tiegħu ġie mħeġġeġ kmieni minn zitu, Vittorina Sciortino u minn Lazzaro Pisani, li kien pittur ta' fama stabbilita f'Malta[3]. Kien propju bl-inkuraġġiment ta' Pisani li Sciortino iddeċieda li jidħol fl-iskola ta' l-arti ġewwa l-Belt Valletta fejn, għal sentejn, ħa t-taħriġ meħtieġ . Il-familja Strickland għenet lil Sciortino jikseb borża ta' studju mingħand il-Gvern għal kors f'Ruma, fejn ta' tnejn u għoxrin sena mar jissokta l-istudji tiegħu.

Ġewwa Ruma huwa studja fl-Istituto Reale di Belle Arti u għal sentejn tħarreġ fl-inġinerija u l-arkitettura monumentali. Wara li kiseb diploma bl-ogħla unuri, fetaħ studju ta' l-arti f'via Margutta 33, fil-qalb tat-tradizzjoni artistika Rumana. Kien propju hawn li ironikament Sciortino ddeċieda li jinqata' mit-tradizzjoni imitattiva u jaqbad stil artistiku personali. Il filosfo (1902) huwa xogħol ta' studju fl-iskultura li biħ stabilixxa ruħu bħala artist oriġinali kif ukoll ġibed l-attenzjoni tal-kritiċi ta' l-arti. Din l-iskultura flimkien ma' studju ieħor magħruf bħala Testa di Vecchio ġew esibiti f'wirja bl-isem Promotrice di Roma.

Fl-iskultura Studio di Donna (1904) Sciortino tbiegħed mid-drawwa prevalenti tar-rappreżentazzjoni femminili kif kienet trattata mill-iskulturi Franċiżi u ppropona adattament ispirat mill-istil Grieg. Fl-istess sena Sciortino ħadem Les Gavroches, xogħol ta' skultura li saħħaħ il-fama tiegħu. Dan il-kumpless tal-bronż juri tlett itfal foqra, xogħol li ġie mnebbah minn novella famuża ta' Victor Hugo, Les Miserables, fejn jiddeskrivi l-ħajja ta' tlett itfal foqra jiġġerrew fit-toroq ta' Pariġi fi żmien ir-Rivoluzzjoni Franċiża ta' l-1848. Din l-iskultura inġiebet Malta fl-1907 u għadha sal-lum meqjusa bħala l-ewwel xogħol artistiku kbir ta' Sciortino. L-abbozz ta' l-istatwa llum il-ġurnata jinsab ġewwa 'Buckingham Palace wara li ingħata bħala rigal f'isem il-poplu Malti mill-gvern lill-Prinċipessa Eliżabetta waqt li din kienet fuq żjara f'Malta fl-1951.

Il-fama ta' Sciortino ħarġet mill-kapitali Taljana u nfirxet f'ċentri artistiċi oħra fl-Ewropa. Antonio Sciortino rebaħ diversi kompetizzjonijiet internazzjonali li għamlu ismu magħruf fl-Amerka, fir-Russja, il-Ġappun u l-Afrika t'Isfel fejn jinsabu uħud mil-aqwa xogħlijiet tiegħu. Is-sehem tiegħu fil-wirjiet internazzjonali qajjem interess f'Ruma u fir-Royal Academy f'Londra. Dan is-suċċess wassal għan-nomina tiegħu bħala direttur ta' l-Akkademja Brittanika ta' l-Arti ġewwa Ruma (1911), kariga li żamm għal ħamsa u għoxrin sena.

Fl-1905 Sciortino rebaħ il-kompetizzjoni għall-monument lil Sir Adrian Dingli, li ġie mikxuf f'April ta' l-1907 fil-preżenza tar-Re Dwardu VII u r-Reġina Alexandra fil-Ġnien tal-Mall. Ftit taż-żmien wara ingħatatlu kummissjoni għal skultura li tirrapreżenta il lavoratore għall-Casa del Popolo ġewwa Ruma.

Fl-1909 Sciortino ħadem l-irredentismo[4] li ġiet esibita ġewwa Venezja. Sas-sena 1910 ħadem żewġ xogħlijiet oħra, Germinando un Idea u Remorse. It-tnejn jirriflettu l-influwenza ta' Auguste Rodin. Waqt żjara f'Pariġi, Sciortino ħadem bust ta' Leo Tectomices, kompożitur u pjanist Amerikan. Dan ix-xogħol impressjona lil Rodin, li talbu jaħdimlu forma u li jiltaqa' miegħu personalment. Din il-laqgħa tat bidu lill-ħbiberija dewwiema ta' bejniethom.

Fl-1911, Antonio Sciortino ipparteċipa f'kompetizzjoni internazzjonali għall-monument b'tifkira ta' l-imperatur Russu Alessandru II (1818-1881). Id-disinni u l-mudelli tiegħu rebħu l-ewwel premju iżda il-premju ma ingħatax għal raġuni formali. Madanakollu, it-Tzar Nikola II, affaxxinat bil-proġett, xtara id-disinni minn jeddu.

Fl-1913, Sciortino daħal għal kompetizzjoni għall-bini ta' monument lill-poeta Ukrain Shevchenko. Id-disinni gew aċċettati u l-iskultur rebaħ l-ewwel post. Dan il-monument, maħdum mill-granit u l-bronż, hu għoli 7.5 metri u jirrapreżenta lill-poeta f'att ta' meditazzjoni bilqiegħda fuq zokk ta' siġra liebes l-ilbies nazzjonali Ukrain. Fuq il-pedestall hemm grupp ta' figuri li jirrapreżenta l-poplu ta' l-Ukraina.

Fl-1914 Sciortino xtaq jidħol mar- Royal Engineers, iżda fuq parir ta' l-eks-gvernatur ta' Malta, Lord Grenfell, baqa' għaddej b'ħidmietu ġewwa Ruma biex jagħti bidu għal xogħol fuq mafkar għall-ewwel gwerra dinjija. Għal tliet snin sħaħ Sciortino kien mehdi bil-ħsieb, tħażżiż u l-immudellar ta' dan il-monument vast u imponenti li kellu jkun magħruf bħala t-'Tempju ta' l-Imperu Ingliż għall-Eroj mhux Magħruf'. Sciortino irrealizza dan ix-xogħol f'mudell tat-tafal fuq skala ta' 1:200. Jingħad[5] li l-idea ta' mafkar f'ġieħ is-'Suldat mhux magħruf', hi ħolqien ta' l-artist Malti.

Bħala tifkira ta' l-erbgħa w għoxrin Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f'Malta fl-1913 Sciortino ġie imqabbad ilesti monument. Dan ix-xogħol imsemmi Kristu Re ġie mikxuf fil-Furjana fit 30 ta' Diċembru 1917 fi ħdan ta' ċeremonja reliġjuza li għaliha inġabru madwar 40,000 Malti. L'istatwa ta' Kristu Redentur hija figura tal-bronż għolja 3.5 metri li tiddomina fuq pedestall tal-granit u tesprimi maestà u kobor ta' sultan. Malta hija rapreżentata bħala figura femminili għarkuptejha taħt il-pedestall f'att ta' sottomissjoni waqt talba għall barka. Il figura tfakkar ukoll ir-rebħiet mgħodija fuq "l-egħdewwa ta' Kristu". Oriġinarjament, Sciortino ippjana il-monument b'figura ta' Kristu biss għaliex l-għan ewlieni kienet rappreżentazzjoni tat- transubstanzjazzjoni, il-preżenza reali ta' Kristu fl-Ewkaristija Mqaddsa (w:en:Transubstantiation). Għalekk il- figura ta' Malta ma' tħarisx lejn il-wiċċ ta' Kristu iżda qiegħdha tbaxxi rasha f'att ta' reverenza iġġib quddiem għajnejha ix-xbiha tal ġisem u demm ta' Kristu.

Fuq kummisjoni tal-poplu tal Crimea (Crimean Autonomous Soviet Socialist Republic), Sciortino kellu ilesti mafkar, għall-kittieb Russu Anton Pavlovich Chekhov biex jiġi imwaqqaf f'Rostov fuq ix-xmara Don. L'abbozz tal-ġibs tlesta fl-1923 iżda il-monument tal-bronz ma ġiex imseħħ minħabba tumulti fir-Russja wara il-mewt ta' Lenin fl-1924. Illum l-abbożż tal-ġibs jinsab fil-bitħa tal-Mużew Nazzjonali ta' l-Arti fil-Belt Valletta.

Bejn 1924 u 1927 Sciortino temm Rhythmii Vitae, xogħol ikkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa tiegħu fil-bronż u li ġie esebit fl-Akkademija Rjali (Londra), Ħadem bust ta' Carmen Sylva fuq stetina tal' familja Rjali tar-Rumanija u ħoloq monument imponenti b'tifkira tal-proklamazzjoni tal-Brażil bħala Repubblika. F'dan iz-zmien ħadem ukoll il-bust tal-Markiza Godi de Godio.

Fit-8 ta' Mejju 1927 ġie mikxuf monument kbir ieħor ta'Sciortino f'Malta, il-Monument ta' l-Assedju l-Kbir, li jinsab quddiem il-Qorti tal'-Ġustizzja (qabel ma twaqqat fit-Tieni Gwerra Dinjija kien hemm il-bini tal-Berġa ta' l'Alvernja). Dan il-monument ifakkar il-qlubija u l-eroiżmu tal-Maltin fl-Assedju ta' l-1565. Il-monument huwa kompost minn-tlett figuri li jirrapreżentaw il-kuraġġ, il-fidi u iċ-ċiviltà.

Fl-1929 abbozz ta' Sciortino għal monument ekwestri tal-Ġeneral Simon Bolivar ħa it-tieni post.

Bejn 1931 u 1936, bħala preparazzjoni għal wirja mil-Kummisjoni Amerikana għall-arti, Sciortino lesta numru ta' xogħolijiet ta' forom artistiċi u suġġetti differenti - b'kollox wieħed u għoxrin biċċa skultura fil-ġibs, bronż u l'irħam. Fost dawn insibu Linbergh on Eagle, Courage of Future Generation, Arab Horses, In the Jungle, Detachment of the Soul from Humanity, Speed, Madonna protecting Navigators, Dangerous Sport, Consolation, Late, First Kiss, Laughing, Surprised, Smiling u oħrajn. Dawn huma kollha xogħolijiet li jesprimu vitalità u entużjażmu. Minħabba il-mewt, ta' Frank Pedry, iċ-chairman tal-kummissjoni, ir-reċessjoni ekonomika li kienet għaddejja minnha l-Amerika u il-ġrajjiet politiċi internazzjonali il wirja ma setgħatx issir.

Fil-1936 l-Akkademja Brittanika ta' l-Arti ġewwa Ruma kellha tagħlaq minħabba kunflitti politiċi ma' l-Italja fuq il-gwerra ta' l-Abbesinja (illum l-Etjopja). Dan wassal biex Sciortino jirriżenja mill-kariga li kellu fi ħdan l-Akkademja u b'hekk irritorna Malta fejn, fit-3 ta' Mejju, 1937, inħatar kuratur fil-Mużew ta' l-Arti. L-aħħar xogħol ta' Sciortino kien il-monument ta' Lord Gerald Strickland imwaqqaf fl-1945 fil-Barrakka ta' Fuq, il-Belt.

[editja] Rwol

  • Rwol Malta
  • Barra min Malta: Jingħad (sib ir-referenzi) li l-idea ta' mafkar f'ġieħ 'Is-Suldat Mhux Magħruf' ġiet l-ewwel darba minn Antonio Sciortino.

[editja] Diskussjoni

Din hija diskussjoni fuq Sciortino u mhux fuq dan l-Artiklu.

L-istil ta' Sciortino jgħaqqad elementi tar-realiżmu u tal-futuriżmu. Huwa ta' nteress x'wassal u x'kiteb l-iskultur fuq din is-sintesi. Sciortino ħassu miġbud ħafna lejn l-iżvilupp tekniku u l-inġinerija. Ftit hu magħruf dwar kif l-artist kien jinterpreta l-iżvilupp tat-teknoloġija bħala Arti - dan hu suġġett li l-arti tittratta ħafna aktar tard. Aspett ieħor huwa r-rwol tar-reliġjożità u l-ispirtu li fiħ ħadem l-istatwa ta' Kristu Re.

Barra mir-rwol artistiku ta' Sciortino, bħala Malti kożmopolitan ta' ċittadinanza Brittannika li fil-bidu tas-seklu għoxrin għex għal kważi tletin sena fil-belt kapitali ta' l-Italja, huwa ta' interess kbir għall-istorja soċjali Maltija x'ħaseb fuq l-identità, il-personalità u l-lingwa Maltija - dan speċjalment minn bniedem f'pożizzjoni ta' perspettiva iktar wiesgħa u konsegwentament b'oġġettività akbar.

Huwa żamm kuntatt ma' pajjiżu, għalkemm ir-raġunijiet eżatti m'humiex magħrufa. Ġietlu offruta ċ-ċittadinanza Taljana iżda għażel li jżomm dik Ingliża. Kif kien jaħsibha Sciortino fuq il-faxxiżmu Taljan -- hu li għex it-twelid ta' dan il-moviment, u kif kien jassoċjah u jaħsibha fuq il-moviment nazzjonali malti. Ta' nteress hija il-lealtà lejn l-Ingilterra; dan meta tqabblu ma' ħafna studenti ta' l-arti Maltin, li fl-aħħar snin li Sciortino kien Ruma kienu qed imorru jistudjaw hemm fuq boroż ta' studju mogħtija mill-gvern Taljan - ħafna minnhom fil-fatt ħassew ġibda kbira lejn il-faxxiżmu u lejn l'Italja. Hu ta' nteress jekk Sciortino kellux kuntatt ma dawn l-istudenti li kienu jiltaqgħu fl-għaqda tar-Regia Deputazione per la Storia di Malta (cf. Herbert Ganado - Rajt Malta Tinbidel, Ktieb III, Kap XXXI)[6]

Apparentement teżisti intervista ma' Sciortino. Hemm xi dokumenti miktubin minn Sciortino nnifsu, ittri jew FIXME (speeches lectures talks) tħaddit?

[editja] Kronologija, Lista tax-xogħlijiet, Mużewijiet

  • 1902 Il filosfo - ?
  • 1903 Testa di Vecchio - ?
  • 1904 Studio di Donna - ?
  • 1904 Les Gavroches - Barrakka ta' Fuq, Valletta, Malta
  • XXXX Twaqqif tas-sussidju mill-Gvern ta' Malta
  • XXXX Jingħata kummissjonijiet barra minn Ruma
  • XXXX Monument lil Sir Adrian Dingli
  • XXXX Lavoratore - Casa del Popolo Ruma
  • 1909 - irredentismo
  • XXXX Germinando un Idea
  • XXXX Remorse
  • XXXX Leo Tectomices
  • XXXX Sciortino jiltaqa' ma' Auguste Rodin
  • 1911 disinn u mudell Alessandru II
  • 1913 Kompetizzjoni Statwa ta' Shevchenko
  • 1913 Kristu Re
  • 1914 bidu ta' xogħol fuq monument ta' l-ewwel gwerra
  • 1923 Monument għal Pavlovic Cechov
  • 1923/24 Rhythmii Vitae (Check Date)
  • 1924? Bust Ta' Carmen Sylva
  • 1926 Monument ghar-Rebubblika tal Brażil (Check exact name)
  • 1927 Bust tal-Markisa Godi de Godio
  • 1927 Monument ta' l-Assedju l-Kbir
  • 1929 Sciortino jieħu sehem f'kompetizzjoni internazzjonali f'Pariġi - Abbozz ta' Ġeneral Bolivar
  • 1931 Talba ta' tħejjija ta' għoxrin skultura ta' l-arti mill-Kummissjoni Ammerikana ta' l-Arti
  • 1936 L-Akkademja Brittanika ta' l-Arti ġewwa Ruma tagħlaq
  • 1945 Monument ta' Lord Gerald Strickland
  • 1947 Jirregala x-xogħlijiet tiegħu lill-poplu Malti

[editja] Noti

  1. Dan l-artiklu jibbaża f'parti kbira fuq Claude Busuttil 1997 - partijiet huma meħudin verbatim, pero ħafna fatti ġew mqabbla u mqassra, u żidt ukoll ħafna informazzjoni oħra.
  2. Ġużè Cardona ltaqà ma Pawlu Grech meta dan kellu ħamsa u tmenin sena. Cf. Cardona, J. The Maltese Sculptor with a world reputation, f'The Sunday Times of Malta, Awissu 17, 1958, p.14.
  3. Fost xogħlijiet oħra, għamel il-pittura tas-saqaf fil-knisja ta' San Pawl Nawfraġju tal-Belt.
  4. I'd be particularly interested in finding out what was the idea behind Sciortino's irredentismo. There is a paper on that, which I cannot get: E. Cozzani, 'I piu Giovani', in 'vita d'arte', II, vol.III, fs. 17, 1909 p. 257.
  5. find reference FIXME.
  6. Herbert Ganado jiddeskrivi il-Conspiracy Trials, proċessi li nfetħu fl-1946, li fihom sbatax-il Malti ġew akkużati bi tradiment kontra Malta waqt il-gwerra. Ħdax minnhom kienu akkużati fuq piena ta' mewt, fosthom studenti li kienu jinsabu l-Italja fil-bidu tal-gwerra: U hawn biex nifhmu l-ambjent li sabu ruħhom fih dawn is-sbatax-il Malti jinħtiġilna ngaħtu ħarsa lura. L-Italja ta' Mussolini kienet deċiża li tagħmel Malta tagħha għax kienet tikkunsidra liil Malta art Taljana. Kienet tinkoraġġixxi bil-'borse di studio' ħafna żgħażagħ Maltin imorru jistudjaw fl-Italja biex tikber is-simpatija tagħhom lejha. U kienu bosta li marru. L-għaqda tar-'Regia Deputazione per la storia di Malta' kellha ħafna Maltin imseħbin fiha. Meta kienet ser tibda l-gwerra, twaqqaf il-'Comitato d'azzione Maltese' li tista' tgħid, ħareġ mir-'Regia Deputazione per la storia di Malta'. Iż-żewġ promotturi prinċipali tiegħu kienu l-professur Carlo Mallia, li kien il-president u snin qabel professur fl-università ta' Malta qabel ma mar jgħix l-Italja, u l-Professur Umberto Biscottini, li kien midħla tal-Maltin li kienu jistudjaw f'Ruma u li kienu membri tar-Reġia Deputazione. Il-professur Biscottini kien jirrapreżenta il-ministru ta' l-esteri Taljan fuq dan il-kumitat. Kien hemm ukoll fih Dottor Annibale Scicluna Sorge, 'Capo di Divisione' tal-ministeru Taljan tal-propoganda, li kien Sudditu Taljan, għad li kellu missieru Malti. Dan il-kumitat kellu mseħbin fih bosta Maltin u Taljani u kellu friegħi f'Milan, f'Firenze, fi Sqallija u f'Genova. Dan il-'Comitato d'Azzione' kellu l-iskop dikjarat illi jistudja u jisuġġerixxi soluzzjonijiet għall-problemi ta' Malta waqt il-gwerra, li ġiet minnu msejħa gwerra ta' liberazjoni .... fost l-attivitajiet tiegħu, dan il-kumitat beda jippubblika il-'Malta', li ma kinetx baqgħat toħroġ f'pajjiżna, wara li internaw 'l-editur tagħha Dottor Enrico Mizzi (Herbert Ganado - Rajt Malta Tinbidel, Ktieb III, Kap XXXI). Din il-kwotazzjoni hi twila wisq. Il-quddiem tista tiġi imressqa f'artiklu fuq l'istorja socjali Maltija jew fuq in-Nazzjonalismu Malti għall fejn tista tiġi referuta minn dan l-artiklu b' link interwiki.
  7. Ħafna bijografiji fuq Sciortino jirreferu għall sorsi mill Ġurnal Malta, li kellu simpatiji kbar lejn l-Italja. Dawn l-artikli, fl-aħjar kas, għandhom bżonn ta' Interpretazzjoni.
  8. Ta min jinnota li il-Prof. Biscottini hija il persuna li inkoraġġiet lill istudent Malti tal-letteratura Carmelo Borġ Pisani article on EN biex jiġi imniżżel fuq il-kosta Maltija u jispija għall Italja. Borġ Pisani huwa l-aħħar persuna li ingħatata il-piena tal Mewt f'Malta.

[editja] Referenzi

  • Busuttil, Claude. (1997). Antonio Sciortino, 1879 - 1947, Europrint, 1997.
  • Buhagiar, Helene, Antonio Sciortino, Catalogue of an exhibition of Sciortino's works presented to the people of Malta, Valletta 1947.
  • Cardona, J. The Maltese Sculptor with a world reputation, f'The Sunday Times of Malta, Awissu 17, 1958.
  • Cremona, G., Artisti Maltesi a Roma, f' Malta, 25 ta' Settembru, 1936.

[editja] Links

Lingwi oħrajn

Static Wikipedia (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu

Static Wikipedia February 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu