Archaeolagus
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Archaeolagus huwa ġeneru estint ta' mammiferi lagomorfi (il-Fniek, Liepri u Piki), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Leporidae, ma' bosta ġeneri oħra estinti u ma' 10 ġeneri oħra b' rappresentanti ħajjin (Bunolagus, Nesolagus, Romerolagus, Brachylagus, Sylvilagus, Poelagus, Oryctolagus, Lepus, Caprolagus u Pronolagus).
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli, Leporidi jew Lagomorfi)
[editja] Sinonimi
Lepus ennisianus ta' Cope, 1882 kien ġie riklassifikat minn Dice 1917 bħala Archaeolagus ennisianus b' hekk Lepus ennisianus huwa sinonimu.
[editja] Lista ta' uħud mil-ispeċi tal-ġeneru Archaeolagus
- Ġeneru Archaeolagus (Dice, 1917)
- Archaeolagus acaricolus (Dawson, 1958)
- Archaeolagus buangulus (Dawson, 1969)
- Archaeolagus emeraldensis (Barnosky, 1986)
- Archaeolagus ennisianus (Dice, 1917)
- Archaeolagus macrocephalus (Matthew, 1924)
- Archaeolagus primigenius (Matthew, 1924)
- Archaeolagus sonoranus (nomen dubium)