Badjcinus
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Badjcinus huwa ġeneru ta' mammiferi estinti, il-marsupjali karnivori (id-dasjuromorfji), eżattament il-Lupi marsupjali tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent ta' l-Awstralja) u fil-familja Thylacinidae u meqjus bħala wieħed mill-aktar ġeneri primittivi ta' din il-familja. Badjcinus huwa ġeneru monotipiku li jiġbor fiħ speċi waħda biss estinta u huwa maħsub li din l-ispeċi kienet tiżen madwar 2.4 kilogrammi.
Dan il-ġeneru fossilu, instab f' depożiti ta' tard fl-Oligoċen ta' Riversleigh, fit-Tramuntana, ta' l-Awstralja.
(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Dasyuromorphia)
[editja] Lista ta' uħud mill-ispeċi tal-ġeneru Badjcinus
[editja] Referenzi
- Muirhead, J. & Wroe, S. 1998. A new genus and species, Badjcinus turnbulli (Thylacinidae: Marsupialia) from the late Oligocene of Riversleigh, northern Australia, and an investigation of thylacinid phylogeny. Journal of Vertebrate Paleontology 18(3):612-626..