Cynocephalidae
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Cynocephalidae hija klassi, ta' mammiferi plaċentati, eżattament il-kolugi, tal-kontinent ta'l-Asja mifruxin fin-naħa tax-Xlokk u fuq bosta gżejjer.
Din il-familja qegħda klassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fis-superordni Euarchontoglires u fl-ordni Dermoptera ma' 3 familji oħra (għalkemm sa ftit żmien ilu ma' dawn kien hemm il-familja Paramomyidae ukoll, li llum il-ġurnata hija kkunsidrata bħala familja ta' l-ordni Plesiadapiformes), li huma Mixodectidae, Plagiomenidae u Thylacaeluridae.
Il-familja Cynocephalidae hija l-unika familja ta' l-ordni Dermoptera li għandha rappresentanti ħajjin. F' din il-familja hemm 3 ġeneri, li huma, Dermotherium li huwa estint u Cynocephalus u Galeopterus li huma estanti. Kull wieħed minn dawn ta'laħħar huwa rappresentat bi speċi waħda biss ħajja.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Kolugo, Cynocephalus, Galeopterus u Dermoptera)
[editja] Lista ta' l-ispeċi tal-familja Cynocephalidae
-
- Familja Cynocephalidae
- Ġeneru Cynocephalus (Boddaert,1768)
- Cynocephalus volans (Linnaeus,1758)
- Ġeneru Dermotherium (Ducrocq et al.,1992) (estint)
- Dermotherium chimaera (Marivaux et al., 2006) (estinta)
- Dermotherium major (Ducrocq et al.,1992) (estinta)
- Ġeneru Galeopterus (Thomas,1908)
- Galeopterus variegatus (Audebert,1799)
- Ġeneru Cynocephalus (Boddaert,1768)
- Familja Cynocephalidae
[editja] Referenzi
- Stafford, Brian J. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press.
- Ronald M. Nowak: Walker’s Mammals of the World. 2. Auflage. The Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999, S. 250–252, ISBN 0-8018-5789-9.