Fenek pigmew
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Fenek pigmew |
||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Fenek pigmew Brachylagus idahoensis
|
||||||||||||||||||||
Scientific classification | ||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
Brachylagus idahoensis Mirriam, 1891 |
Il-Fenek pigmew, Brachylagus idahoensis huwa mammiferu plaċentat erbivoru u wieħed mil-uniċi 2 ifniek Amerikani li jħaffru il-bejta tagħhom stess. Dan il-fenek huwa differenti sew mil-ispeċi fil-ġeneri Lepus u Sylvilagus u b' hekk meqjus bħala fenek monotipiku, l-unika speċi fil-ġeneru Brachylagus.
Għalkemm bħala speċi fil-Colombia Basin ta' l-iStati Uniti imniżla f' Periklu ta' Estinzjoni, mil-IUCN din imniżla bħala speċi f' Riskju minuri jew , dan għaliex il-popolazjoni fil-Columbia Basin hija relitt iżolat u ġenetikament distinta li qegħda fit-triq ta' żvilupp ta' sottospeċi ġdida, iżda l-IUCN tikkunsidra biss l-istat tal-popolazjoni tal-ispeċi b' mod sħiħ u globali.
Il-Fenek pigmew huwa l-iżgħar leporidu fid-dinja, fejn fenek adult jiżen bejn 375 sa massimu ta' 500 gramma u tul totali ta' bejn 23.5 sa 29.5 ċentimeteri, u n-nisa ta' din l-ispeċi huma kemxejn akbar mil-iriel. Il-Fenek pigmew jingħaraf minn leporidi oħra mid-daqs eċċezjonalment żgħir, mil-widnejn qosra, mis-saqajn ta' wara pjutost żgħar u n-nuqqas ta' pil abjad mad-denb.
Il-Fenek pigmew ġeneralment iħobb jgħix f' arja b' ħaxix għoli tal-'Artemisia spp. għal ilqugħ, ikel u protezzjoni matul is-sena kollha.
Werrej |
[editja] Distribuzjoni
Id-distribuzjoni storika ta' dan il-fenek endemiku, kienet mifruxa ma' l-ambjenti xotti fir-regjuni tal-Great Basin u ż-żoni muntanjużi fil-Punent tal-iStati Uniti, li jinkludu partijiet minnMontana, Idaho, Wyoming, Utah, Nevada, California, Oregon u Washington.
[editja] Klassifikazjoni
- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Ġeneru Brachylagus
- Fenek pigmew, Brachylagus idahoensis
- Ġeneru Brachylagus
- Familja Leporidae
[editja] Referenzi
- Lagomorph Specialist Group (1996). Brachylagus idahoensis. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Informazjoni mniżla fid- 9 ta' Novembru 2006.
- United States Government. Federal Register
- U.S. Fish and Wildlife Service. 2004. Recovery Outline for the Columbia Basin Distinct Population Segment of the Pygmy Rabbit (Brachylagus idahoensis)