Indoewropew
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
L'Indoewropew hija kostruzzjoni xjentifika ta', hekk imsejħa protolingwa: lingwa prototipika komuni, li minnha nissoponu li tnisslu d-diversi lingwi tal-familja Indoewropeja. Illum huwa ikkunsidrat aktar preċiż li nitkellmu fuq il-Proto-Indoewropew għaliex rekostruzzjoni fis-sens ta' lingwa li tista tiġi użata b'għan ta' komunikazzjoni m'hijiex possibli. Rekostruzzjonijiet ta' l'Indoewropew iwasslu biss għall-għerq ta' kliem, fenomeni fonoloġiċi u strutturi sintattiċi bażiċi.
Il-lingwi tal-familja Indoewropeja jingħad li għandhom relazzjoni ġenetika (mhux fis-sens darwinistiku). Biex jigi ikkonstatat, jekk lingwa għandhiex relazzjoni ġenetika ma' lingwa oħra, il-lingwi jiġu mqabbla fuq il-bażi tar-regoli fonetici tagħhom. Billi jmorru lura f'numru ta' rikostruzzjonijiet, il-lingwisti huma kapaci jestrapolaw u jaslu għall-protolingwa. Naturalment ma jeżistux sorsi miktuba ta' l-Indoewropew.
Ta' min jiddistingwi bejn, l-hekk imsejjaħ Sprachbund u r-Relazzjoni Ġenetika. Sprachbund hija kelma Ġermaniża li tfisser "unjoni/għaqda lingwistika" u tiġi użata mil-lingwisti f'diversi lingwi bħala kelma teknika. Bħala Sprahchbund nifmhu grupp ta' Lingwi li s-similarità tagħhom hi bażata fuq kuntatt lingwistiku li seħħ f'ċertu punt ta' l-evoluzzjoni tal-lingwa osservata. Dawn il-lingwi ma jistgħux ikunu ġenetikament relatati – jekk tassew, din tkun relazzjoni mbiegħda ħafna. Din hija l-karatteristika distintiva bejn Sprachbund u il-Familja Lingwistika, li għaliha, ir-relazzjoni ġenetika hija essenzjali. L-Indoewropew ma ġiex iffurmat fi Sprachbund iżda tnissel minn familja waħda. Sprachbund tintgħaraf mill-fatt li relazzjoni bejn żewġ lingwi ma turix similarità fil-vokabularju biss iżda similarità fl-istruttura wkoll.
Fi kliem aktar ġenerali, nistgħu ngħidu li lingwi ta' l-ewwel tip għandhom l'istess omm, l'oħrajn kienu ġirien għal żmien twil.