Japok
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Japok jew Opossum ta' l-ilma |
||||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Japok jew Opossum ta' l-ilma, Chironectes minimus
|
||||||||||||||||||||||
Scientific classification | ||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||
Chironectes minimus (Zimmermann,1780) |
||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||
|
Il-Japok jew l-Opossum ta' l-ilma, magħruf xjentifikament bħala Chironectes minimus, huwa mammiferu marsupjal klassifikat fit-tribù Didelphini, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju), nativ tal-kontinenti Amerikani mifrux fin-Nofs in-nhar tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq, fl-Amerika ċentrali u fit-Tramuntana tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel, b' xi popolażjonijiet iżolati fix-xlokk ta' l-istess kontinent.
Dan l-opossum huwa marsupjal li huwa addattat għal ħajja semi akkwatika (addattat għal ħajja parti fuq l-art u parti fl-ilma) u huwa l-uniku fost il-marsupjali li meta jħossu mhedded jaħrab fl-ilma, tant huwa addattat għal dan l-ambjent.
Werrej |
[editja] Deskrizjoni
Opossum ta' l-ilma ġeneralment ikollu l-pil fin u folt, irħamat ta' lewn griż bl-iswed u adult jikber bejn 27 u 40 ċentimetru, id-denb li jkun ġeneralment ftit itwal mil-ġisem ikun minn 31 sa 43 ċentimetru.
Partikolar interessanti fil-fisjoloġija tal-Japok, huwa li 'l-marsupju huwa preżenti u ferm żviluppat kemm fil-mara kif ukoll fir-raġel. Fiż-żewġ sessi ukoll dan il-marsupju qiegħed magħmar b' muskolu biex jingħalaq. Fil-mara meta jingħalaq lanqas arja ma tagħddi u b' hekk tkun tista tinżel fl-ilma anke meta jkollha l-friegħ. Fir-raġel dan qiegħed hemm biex jipproteġi l-iskrotu ("scrotum") jew il-borża fejn ikun hemm it-testikoli u jingħalaq meta dan il-marsupjal ikun qiegħed jiġri jew taħt l-ilma.
[editja] Dieta
L-Opossum ta' l-ilma huwa annimal primarjament karnivoru speċjalizzat b' dieta pixxivora, dieta li tikkonsisti prinċipalment minn ħut, gambli u krustaċi ta' l-ilma ħelu (li dan jaqbad bl-idejn sensittivi), għalkemm żrinġijiet, frott u possibilment xi ħaxix ta' l-ilma, huma inklużi fid-dieta ukoll.
[editja] Distribuzjoni
Chironectes minimus għalkemm għandu distribuzjoni vasta ma' bosta pajjiżi huwa marsupjal mhux komuni jew rari u jiddependi ħafna fuq abitat ta' xmajjar, għadajjar u artijiet misgħtadra ("wetlands"). Il-firxa tal-Japok tibda mill-Messiku fil-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq sa fil-Grigal ta' l-Arġentina u fix-Xlokk tal-Brażil fil-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel.
Dan il-marsupjal huwa preżenti fl-Arġentina, Beliże, Bolivja, Brażil, Ekwador, El salvador, Gujana, Gujana Franċiża, Gwatemala, Messiku, Nikaragwa, Kolombja, Kosta Rika, Ħonduras, Panama, Paragwaj, Peru, Surinam u Venezwela.
[editja] Riproduzjoni
L-Opossum ta' l-ilma huma kapaċi jirriproduċu kemm il-darba fis-sena, biss fil-Brażil huwa rrapurtat li ħafna drabi it-twelid dan isir f' Diċembru u Jannar għalkemm xi uħud instabu bil-friegħ żgħar tat-twelid fi Frar. L-imġieba qabel it-tagħmmir tinkludi għaqda akbar jew aktar fil-qrib bejn ir-raġel u l-mara. Ir-raġel jibda jdur madwar il-mara u jiġri warajha il-ħin kollu u kuntat orali mal-ġenitali ġie osservat ta' sikwiet.
Il-boton ġeneralment ikun magħmul minn 1 sa 5 ifriegħ, ta' 22 ġurnata wara t-twelid jisspunta l-ewwel pil, ta' 28 ġurnata toħroġ il-pigmentazjoni (kulur fil-ġilda) u ta' 34 ġurnata jibdew jidhru il-faxxex tipiċi ta' din l-ispeċi fil-pil. L-għajnejn jinfetħu ta' 38 ġurnata u ta' 40 ġurnata l-friegħ ikunu kbar wisq għal marsupju ta' l-omm u filwaqt li rashom tibqa ġewwa il-ġisimhom joħroġ parti minnhu barra. Ħalqhom jinqala minn mal-beżżula ta' madwar 48 ġurnata, għalkemm xorta waħda jibqgħu jerdgħu l-ħalib, jorqdu ħdejn ommhom fil-bejta u xi kulltant jaqbdu ma' dahra.
[editja] Klassifikazjoni
- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Tribù Didelphini
- Ġeneru Chironectes
- Opossum ta' erba' għajnejn kannella, Chironectes minimus
- Sottospeċi
- Chironectes minimus argyrodytes (Dickey,1928)
- Chironectes minimus langsdorffi (Boitard,1845)
- Chironectes minimus minimus (Zimmermann,1780)
- Chironectes minimus panamensis (Goldman,1914)
- Sottospeċi
- Opossum ta' erba' għajnejn kannella, Chironectes minimus
- Ġeneru Chironectes
- Tribù Didelphini
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
[editja] Referenzi
- Marshall, Larry G. (1978). Mammalian Species No. 109, American Society of Mammalogists, pp 1-6.
- Nowak, Ronald M. and Paradiso, John L. (1983). Walker's Mammals of the World Vol.1, 4th edition, The Johns Hopkins University Press, Baltimore and London.
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
- The Paleobiology Database.
[editja] Link Esterni
- New World Marsupial Specialist Group 1996.Chironectes minimus In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- Animal Diversity Web: informazjoni dwar Chironectes minimus.
- Tassonomija tal-Mammiferi.