Joculosium
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Joculosium huwa ġeneru ta' mammiferi estinti, il-marsupjali karnivori, eżattament id-dasjuromorfji tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel) u fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent ta' l-Awstralja). Joculosium huwa ġeneru monotipiku u jiġbor fiħ speċi waħda biss estinta.
Dan il-ġeneru fossilu tal-Mijoċen, instab f' Riversleigh, fil-Majjistral ta' Queensland.
(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Dasyuromorphia)
[editja] Lista ta' uħud mill-ispeċi tal-ġeneru Joculosium
- Ġeneru Joculosium (Wroe,1999)
- Joculosium muizoni (Wroe,1999) (estinta)
[editja] Referenzi
- Wroe, S. 1999d. Joculosium muizoni, a new genus and species of dasyuromorphian, from the Miocene of Riversleigh, northwestern Queensland. Alcheringa, (Submit).