Josef Grech
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Prof.Josef Grech iben Martin u Dorothy xebba Caruana. Twieled fl-24 ta’ Mejju 1981. Il-Mużika twieldet miegħu għax ommu kienet iddoqq il-klarinett u t-tnabar ma' diversi baned Maltin. Josef ha l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja ‘A’ u ‘B’ tal-Belt Valletta, wara fl-iskejjel Sekondarji tal-Marsa, Floriana u Omm Alla fl-Msida.
Josef minn ċkunitu wera l-ġibda li kellu għall-mużika u beda jitgħallem il-mużika ta’ erba’ snin, fl-1985 ma’ Mro.Victor Debattista u ma' Mro.Carmelo Caruana mal-banda King's Own tal-Belt Valletta u għalhekk ma setgħax ma beniex fuq sisien sodi fl-ewwel tagħrif ta’ l-arti mużikali, aktar tard beda l-istudju fuq il-kuntrapunt, fl-istrumentazzjoni, storja, forma u direzzjoni għand is-Surmast Joseph Tonna A.Mus,L.C.M.
Fid-9 ta’ Novembru 1997, jiġifieri ta’ sittax –il sena, beda l-kariga tiegħu t’Assistent Surmast Direttur mal-Banda Lourdes ta’ Raħal Ġdid u fis-sena 2002 inħatar Surmast Direttur ma’ l-istess Banda u għadu jżomm din il-kariga sal-lum.
Ftit wara l-1 ta’ Frar 1998 nħatar Assistent Surmast mal-Banda Filarmonika Santa Marija tal-Mosta li dam sas-sena 2000. Fid-9 ta’ Settembru 1998, jiġifieri ta’ sbatax –il sena, nħatar l-ewwel Surmast Direttur u fundatur mall-Filarmonika Marija Assunta ta’ Ħ’Attard fuq inizjattiva tiegħu fl-4 ta’ Mejju 1999 waqqaf l-Assunta College of Music, l-ewwel kulleġġ ġo pajjiżna li fih qiegħed jokkupa l-kariga ta’ Direttur Ġenerali. Fis-16 ta’ Mejju 2003 fuq inizjattiva tiegħu twaqqfet is-Socjetà Filarmonika Nazzjonali Santa Ċiċilja fejn jokkupa il-kariga tas-Surmast Direttur u qiegħad jagħti s-sehem tiegħu fil-knejjes tal-Ġiswiti kif ukoll tal-Pilar tal-Belt Valletta fejn jokkupa l-kariga ta’ Maestro Di Cappella. Kien it-Tnejn 29 ta’ Mejju 2000 meta ħa l-ewwel Premju bis-silta “The Victory of Millenium”. Ġie onorat mill-Eċċelenza tiegħu l-President ta’ Malta Prof.Guido de Marco u rebaħ diploma minn barra xtutna sewwa sew mill-Euro Institute for Higher Education. Il-Professur Josef Grech huwa wkoll membru fil-Performance Right Society (PRS) ta’ Londra. Matul dawn is-snin Josef ikkompona Mużika Sagra, Klassika u diversi Innijiet ta’ Parroċċi, Każini tal-Baned u oħrajn.
Il-passatemp tiegħu huma li jisma’ l-mużika Klassika.
[editja] Xogħlijiet
Fost ix-xogħolijiet li għamel ta’ min isemi:
- Innu tal-Banda Marija Assunta Ħ’Attard,
- Innu lill-Marija Assunta “Iftaħ Qalbek” Ħ’Attard,
- Innu tal-Banda Lourdes Raħal Ġdid,
- Innu Marċ lill-Madonna ta’ Lourdes Raħal Ġdid,
- Tislima lill-Madonna ta’ Lourdes Raħal Ġdid,
- Innu Marcia Santu Wistin Valletta,
- Innu lill-Madonna tal-Karmnu Valletta,
- Innu A Crist Resurrection Valletta,
- Innu lill-Kristu Rxoxt,
- Innu tad-Duluri,
- Innu tal-Madonna tad-Dmugħ,
- Innu APAN,
- Innu għall-Belt Kapitali Valletta,
- Innu lil Santa Ċeċilja,
- Cantata Ad Unur il-Madonna ta’ Lourdes Raħal Ġdid,
- Marcia Sinfonica 2000,
- Fantasia 2000,
- Gran Concerto,
- Abra Katabra,
- La Torrero,
- L’ultimo Bacio Overture,
- Il-Ħolma tal-Millenjum,
- Ave Marija,
- Fuq is-salib,
- Aħfrilna lkoll,
- The Victory of Millenium,
- Grandjuż Overture,
- Qawwi Qalbek,
- Vexilla Regis,
- Ġieħ il-Pinna tal-Kompożituri No 1,
- L-Ordni tal-Kavallieri,
- Invictus u
- 50 sena mill-mewt ta’ Dr.Enriko Mizzi.
Ikkompona wkoll numru kbir ta’ marċi funebri u marċi brijjużi.
[editja] Diplomi
Il-Professur Josef Grech għandu dawn id-diplomi :-
- A.Mus,E.I.H.E,
- L.Mus,E.I.H.E,
- F.Mus,E.I.H.E,
- Onor Band Conductor, E.I.H.E,
- Doctor of letters in Music,E.I.H.E,
- Doctor of Philosophy in Music,E.I.H.E,
- O.P.K.C.T.S.K.T. (The Order of the Poor Knights of Christ and of the Temple of Solomon Knights Templars) (Scotland)
[editja] CDs u Albums
Josef Grech ħareġ numru kbir ta’ CDs li uħud minnhom ġew irrekordjati fir-Royal Studio ġewwa Londra. The Best Album, Merry Christmas Album, Winter Classic Album, Qawwi Qalbek Album, Iftaħ Qalbek Album, Season’s Greetings Album, Happy Christmas Album, L-Aħħar Bikja Album, L-Aħħar Tislima Album, Summer Classic, The Victory of Millenium Album, Spring Classics Album u Id-Drittijiet Album.