Klad
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Fil-kladistika, klad huwa grupp ta organiżmi li jikkonsisti minn antenat singolu komuni u d-dixxendenti kollha tiegħu. Kull grupp ta' dan it-tip huwa kkunsidrat ukoll bħala grupp ta' organiżmi monofiletiku u li jista jkun immudellat minn Kladogramma, li hija dijagramma jew stampa ta' strutturata organizzata ta' dawn l-orġaniżmi taħt forma ta' siġra.
Klad huwa metodu xjentifiku jew ipoteżi xjentifika, ta' relazjonijiet evoluzjonarji, fost l-organiżmi inklużi fl-analiżi, b' hekk klad partikolari tista tkun issaportjata jew mhux aċċettata minħabba riżultati ta' analiżi seggwenti, għal użu ta' settijiet ta' dati differenti.
Jekk klad jirriżulta b' saħħtu biżżejjed fl-analiżi ta' kladistiċi differenti fejn ikunu ġew użati settijiet ta' dati varji, jista jiġi addottat fit-tassonomija bħala takson, biss mhux it-taksa kollha jistgħu jiġu trattati jew ikkunsidrati bħala kladi. Ir-rettili pereżempju, huma grupp parafiletiku, għaliex ma jinkludix l-għasafar li suppost dawn ukoll evolvew mill-istess antenat tar-rettili.
It-tendenza, madankollu, qeghda dejjem tersaq jew ixxaqleb lejn it-tassonomija kladistika li tirrikonoxxi taksa li jiffurmaw kladi puri.
Il-Filokodiċi huwa tentativ, ta' kodiċi li ħa jippermetti l-kladi li jkollhom isem formali.