Liepru tal-ġebel aħmar ta' Natal
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Liepru tal-ġebel aħmar ta' Natal |
||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Liepru tal-ġebel aħmar ta' Natal jew Liepru tal-ġebel aħmar il-kbir jew Fenek aħmar ta' Natal, Pronolagus crassicaudatus
|
||||||||||||||||||||
Scientific classification | ||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
Pronolagus crassicaudatus I. Geoffroy, 1832 |
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
Il-Liepru tal-ġebel aħmar ta' Natal jew Liepru tal-ġebel aħmar il-kbir jew Fenek aħmar ta' Natal li huwa magħruf xjentifikament bħala Pronolagus crassicaudatus, huwa mammiferu plaċentat notturnu u solitarju tal-familja Leporidae fl-ordni Lagomorpha mifrux fil-kontinent Afrikan. Dan il-leporidu bħaż-2 speċi l-oħra tal-ġeneru Pronolagus, għalkemm jissejjaħ "Liepru tal-ġebel" huwa speċi ta' fenek.
Il-Liepru tal-ġebel aħmar ta' Natal huwa l-akbar fost it-3 speċi ta' liepri tal-ġebel u għandu pil ta' lewn griż imnaqqax bil-kannella man-naħa tad-dahar, filwaqt dak tas-sider, id-denb u l-4 saqajn huma ta' lewn ħamrani kulur is-sadid. Liepru tal-ġebel aħmar ta' Natal adult jista' jkun bejn 42 u 50 ċentimetru eskluż id-denb li jista' jkun minn 6 sa 14-il ċentimetru twil.
Il-Liepru tal-ġebel aħmar ta' Natal għandu firxa f'abitat kollu ġebel u rdum mal-ġnub ta' għoljiet u muntanji u fil-madwar u din hija r-raġuni minn fejn oriġina l-isem komuni ta' din l-ispeċi.
Werrej |
[editja] Riproduzjoni
Ftit hemm informazjoni dwar kif jirriproduċi l-Liepru tal-ġebel aħmar ta' Natal. L-unika tagħrif fiċ-ċert huwa li boton minn żarmuġ 1 sa 2 jitwieldu għomja, bi ftit jew xejn pil u totalment dipendenti fuq l-omm bħall-fniek kollha l-oħra wara tqala jew ġestazjoni ta' madwar 30 jum.
[editja] Distribuzjoni
Il-Liepru tal-ġebel aħmar ta' Natal jinsab jgħix lejn in-Nofs in-nhar tal-kontinent ta' l-Afrika u huwa mifrux fil-Lvant tar-Repubblika ta' l-Afrika ta' Isfel minn Natal sal-provinċa ta' Kap, fil-Lvant ta' Lesoto, fin-Nofs in-nhar ta' Sważiland u fit-tarf estrem ta' Nofs in-nhar ta' Mozambik.
[editja] Klassifikazjoni
- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Ġeneru Pronolagus
- Liepru tal-ġebel aħmar ta' Natal jew Liepru tal-ġebel aħmar il-kbir Pronolagus crassicaudatus
- Sottospeċi
- Pronolagus crassicaudatus crassicaudatus (I. Geoffroy Saint-Hilaire, 1832)
- Pronolagus crassicaudatus ruddi (Thomas & Schwann, 1905)
- Liepru tal-ġebel aħmar ta' Natal jew Liepru tal-ġebel aħmar il-kbir Pronolagus crassicaudatus
- Ġeneru Pronolagus
- Familja Leporidae
[editja] Referenzi
- Lagomorph Specialist Group (1996).Pronolagus crassicaudatus. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Retrieved on 12 May 2006. Database entry includes a brief justification of why this species is of least concern