Liepru tal-ġebel aħmar ta' Smith
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Liepru tal-ġebel aħmar ta' Smith |
||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Liepru tal-ġebel aħmar ta' Smith jew Fenek aħmar ta' Smith, Pronolagus rupestris
|
||||||||||||||||||||
Scientific classification | ||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
Pronolagus rupestris A. Smith, 1834 |
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
Il-Liepru tal-ġebel aħmar ta' Smith Pronolagus rupestris jew kif inhu msejjaħ xi kulltant ukoll Fenek aħmar ta' Smith, huwa mammiferu plaċentat notturnu u solitarju tal-familja Leporidae fl-ordni Lagomorpha mifrux fil-kontinent Afrikan. Dan il-leporidu bħaż-2 speċi l-oħra tal-ġeneru Pronolagus, għalkemm jissejjaħ "Liepru tal-ġebel" huwa speċi ta' fenek.
Dan il-liepru tal-ġebel għandu pil oħxon ta' lewn kannella man-naħa tad-dahar, filwaqt dak tas-sider u ż-żaqq huwa fin ħafna ta' kulur bajdani. Id-denb u l-4 saqajn huma lewn is-sadid ħamrani waqt il-wiċċ u l-widnejn huma ta' kulur griż. Liepru tal-ġebel aħmar ta' Smith adult jista jkun twil bejn 39 u 57 ċentimetru bid-denb b'kollox, b' par saqajn ta' wara bejn 7.5 u 10 centimetri kull sieq, b' par widnejn bejn 6 u 10 ċentimetri kull widna u jiżen madwar 2 kilogrammi.
Il-Liepru tal-ġebel aħmar ta' Smith mifrux f' abitat kollu ġebel, ħaxix għoli u xtili mdaqqsa, mal-ġnub u l-madwar ta' ogħoljiet u muntanji fejn ikun jista jsib kenn matul il-ġurnata u din hija r-raġuni minn fejn oriġina l-isem komuni ta' din l-ispeċi.
Werrej |
[editja] Riproduzjoni
Il-Liepru tal-ġebel aħmar ta' Smith wara tqala jew ġestazjoni ta' madwar 30 jum jirriproduċi boton ta' żarmuġ jew 2 li jitwieldu ogħmja, bla pil u totalment dipendenti fuq l-omm, ġo bejta qalb ix-xquq fil-ġebel magħmula minn ħaxix u pil ta' l-omm stess.
[editja] Distribuzjoni
Il-Liepru tal-ġebel aħmar ta' Smith huwa speċi ta' fenek mifrux ma' bosta pajjiżi lejn iċ-ċentru u n-Nofs in-nhar tal-kontinent ta' l-Afrika. Dan il-Liepru tal-ġebel għandu popolazjonijiet fil-Kenja, Malawi, Namibja, Reppublika ta' l-Afrika ta' isfel, Rodesja, Tanzanja u Żambja.
[editja] Klassifikazjoni
- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Ġeneru Pronolagus
- Liepru tal-ġebel aħmar ta' Smith, Pronolagus rupestris
- Sottospeċi
- Pronolagus rupestris curryi (Thomas, 1902)
- Pronolagus rupestris nyikae (Thomas, 1902)
- Pronolagus rupestris rupestris (A. Smith, 1834)
- Pronolagus rupestris saundersiae (Hewitt, 1927)
- Pronolagus rupestris vallicola (Kershaw, 1924)
- Liepru tal-ġebel aħmar ta' Smith, Pronolagus rupestris
- Ġeneru Pronolagus
- Familja Leporidae
[editja] Referenzi
- Lagomorph Specialist Group (1996).Pronolagus rupestris. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Retrieved on 12 May 2006. Database entry includes a brief justification of why this species is of least concern