Web Analytics

See also ebooksgratis.com: no banners, no cookies, totally FREE.

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Lingwa Awżiljari Internazzjonali - Wikipedija

Lingwa Awżiljari Internazzjonali

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.


Lingwa Awżiljari Internazzjonali ukoll magħrufa bħala Lingwa Awżiljari (fil-qosor IAL), hija lingwa li-għandha tiġi mitkelma bħala tieni lingwa ta' għajnuna komunikattiva internazzjonali. Għalkemm idea antika ħafna, l-IAL ġiet ikkunsidrata għall l-ewwel darba fuq bażi teoretika serja mil-Lingwisti Edward Sapir u Otto Jespersen fil-bidu tas seklu li għadda. B'mod speċjali, huma il-ħsibijiet ta' Sapir li għadhom ta' valur sal-llum. L' argumenti tal- filosofija konstruttivista ikomplu isaħħu dawn il-ħsibijiet. Dan l'artiklu jagħmel emfasi fuq ir-rwol tal-krejattività konxja fil-lingwa. F'istess waqt irid jingħadd li, minħabba il-kumplessità tal-Lingwa, il-lingwisti saru ħafna aktar attenti milli jagħmlu dikjarazzjonijiet daqshekk ġenerali. Fil fatt ħafna kliem użat hawn huwa problematiku, per eżempju, għadd mhemx definizjoni ċara fuq xinhi "sempliċità" u "loġika" fil-lingwa. (ara Evalwazzjoni)

L-ewwel parti ta' dan L-artiklu jittratta il-bażi teoretika. It-tieni parti (għad irid jitlesta), jagħati lista ta' lingwi artifiċjali li isostnu statut ta' IAL.

Werrej

[editja] Bażi teoretika

[editja] Relattivita' lingwistika - il-lingwa u il-ħsieb

Skond Sapir, il-lingwa hija il-kapaċita' mentali li t'ordna u tistruttura, l'ammont kbir ta' esperjenzi li ngħixu kif ukoll il-kapaċita' li issawwar il-kunċetti u tagħtihom forma konkreta f'tifsir. Fil-qosor: il-lingwa hija il-kapaċita' mentali li tagħmel possibbli il-ħsieb. Din l-ideja għanda il-bidu tagħha fil-filosofija ta'Wilhelm von Humboldt: Il-Lingwa hija l-organu li isawwar il-ħsieb (f'Salus 1969:190)[1]. Fil-fatt, l-ideja għandha similaritajiet kbar mal-prinċipji tar-relattività lingwistika, li jsostnu relazzjoni intima bejn il-kategoriji lingwistiċi u il-ħsieb fuq il-livell ta' kull lingwa (Drechsel 1988:233). Individwi jaħsbu fl-istrutturi, jiġifieri, fil-grammatika tal-lingwa tagħhom. Din ir-relazzjoni bejn il-lingwa u il-ħsieb dwar il-fatt li il-kategoriji imposti mil-lingwa jikanliżżaw u jistrutturaw il-ħsieb hi magħrufa bħala is-Sapir-Whorf Hypothesis.

Meta Sapir studja bir-reqqa il-grammatika ta' diversi lingwi, wasal għall konklużżjoni li kull grammatika għandha ċerti defiċjenzi fl-istruttura. Konsekwentament id-deficjenżi f'kull-lingwa jistgħu jikkawżaw fjakkezzi fil-ħsieb.

Ċertu nuqqas ta' loġika narawh f'dan l'eżempju: bl-Ingliż, li tgħid it rains huwa grammatikament korrett, madanakollu il-grammatika Ingliża titlob li ikun hemm suġġett overt f'kull sentenza. Dana jikkawża ċerta kontradizzjonijiet:

Fil-fatt is-suġġett it m'għandu l-ebda tifsira in konessjoni mal-verb, peress li it mhiex qed taqdi l-iskop regolari li tindika oġġett, fenomnu jew persuna. Is-suġġett it f'din is-sentenza jikostitwixxi irregolarità, għaliex kull sentenza bl-Ingliż tista tinbidel f'mistoqsija billi tpoġġi interrogattiv who jew what flok is-suġġett. Madanakollu b'rains u snows, dana mhux possibbli -- rains mingħajr ebda suġġett, ma taqdix il-ħtiġijiet kollha grammatikali ta' l-Ingliż għaliex, kif għadna, kull sentenza fl-Ingliż teħtieġ suġġett. Għalekk, l-it li tissostitwixxi is-suġġett (EN = dummy subject) hija resstrizzjoni ta' regola grammatika.

B'mod indirett sitwazzjonijiet bħall dawn jistgħu jinponu fuq il-ħsieb ta' l-individwu. Nuqqas ta' loġika jista jwassal għal-ħsieb inqas ċar.

L-ewwel pass biex wieħed jevita li fjakkeżża fil-grammatika tiġi trasferita għall-ħsieb hi li wieħed jakkwista kuxxjenża ta' inkongruwenzi fil-lingwa li-wieħed juża. (minkejja li kull lingwa fiha innifisha hija suffiċjenti cf. Formal Completeness of all Natural Languages)

Li persuna, li tuża lingwa bħala l-istrument tal-ħsieb, teżamina l-istess lingwa hi paradossa fiha nfisha: kif jista strument jeżamina lilu innifshu? Sapir jissuġġerixxi li wieħed jeżamina l-strutturi ta' lingwi naturali oħra b'loġika u grammatika diversa biex isir aktar konxju ta' l-isstrutturi tal-lingwa tiegħu. Jissuġġerixxi wkoll li wieħed iqabbel il-linġwa tiegħu ma lingwi oħrajn (anki artifiċjali) u sistemi li josservaw loġika assoluta. Dawn is-sistemi għandhom ikunu loġiċi fil-kunċetti, is-simboli u il-kombinazzjoni tas-simboli li jużaw.

Minbarra li jkun mezz konvenjenti biex wieħed jgħaraf difetti strumentali fil-lingwa fuq bażi ta' dan l-istudju, wieħed ikun ukoll f'posizzjoni li jsawwar lingwa internazzjonali awżiljari li taqdi numru ta' skopijiet.

Sapir hu kontra l-ideja li waħda mil-lingwi naturali popolari, bħal ma hu l-Ingliż jew il-Franċiz tieħu post ta' l-IAL peress li dawn ma jissodisfawx il-ħtiġijiet li jenħtieġ taqdi l-IAL.

[editja] Kwalitajiet ta' Lingwa Awżiljari

Jissokta isemmi ħames kwalitajiet ta' IAL

  1. semplicità
  2. regolarità
  3. loġika
  4. rikkezza
  5. krejattività

Min qiegħed jitgħallem il-lingwa jenħtieġ li jkun kapaċi juża l-istruttura ta' l-espressjoni li diġa akkwista bħala paradigmi u jibni espressjonijiet ġodda. Jekk, ngħidu aħna, wieħed ġa tgħallem min espressjoni partikolari li il-passat sempliċi ta' verb fl-Ingliż jinħadem billi jżid is-suffiss / -ed / hu għandu jkun kapaċi jaħdem il-passat sempliċi tal-verbi l-oħra billi jżid / -ed /. L-ideja ta' krejattività t'estendi għal setturi oħra u timplika illi meta wieħed jitkellem, irid ikun kapaċi, a bażi ta' strutturi l-aktar sempliċi, regolari u loġiċi, li ġa akkwista, jikkrea kliem jew għaqda ta' kliem ġdid skond il-ħtieġa.

[editja] Skopijiet ta' Lingwa Awżiljari

Minbarra il-vantaġġi prattiċi li-toħloq IAL - biżżejjed wieħed isemmi tnejn: vantaġġi ekonomiċi u il-vantaġġ ta' l-ebda telf ta' Informazzjoni fit-traduzzjoni - Sapir isemmi wokll xi vantaġġi psikoloġiċi. Li tuża lingwa li tinħass li hi magħmula mil-bnedmin, tnissel sens ta' kontroll fuq il-lingwa, flok skjavitù ta' l-istrutturi u l-irqaqat. Hu jkompli jgħid li-wieħed ikollu inqas inibizzjonijiet meta juza lingwa internazzjonli "artifiċjali", peress li b'hekk jista jserraħ moħħu li m'hu ser joffendi l'ebda bniedem billi jmur kontra l-etiquette ta' l-ilsien ta' xi wieħed mis-semmiegħa.

Din l-osservazzjoni tistgħa tinstema daqxejn skabruża, fl'istess ħin meta wieħed jinnota kemm migranti ta' ċertà età jimbarazzaw rwieħom meta ma jirnexxilhomx jaddataw għal kulturi ġodda bl-iżvantaġġi soċjali li jinqalgħu, l-argument isir tassew relevanti.

Lingwa perfettament loġika, mibnija fuq fuq bażi ta' reflessjoni koxja, u mifruxa sewwa ma l-erba tirjieħ tkun aktar strument fin u adekwat min kull-lingwa naturali bi strutturi inkongruenti. Lingwa bi struttura aktar loġika twassal għal ħsieb aktar loġiku. Il-prodott (il-ħsieb), jikber skond kemm tippermetti il-lingwa (sapir 1921:15)[2].

Il-ħolqien ta' IAL jenħtieġ li jkun bażat fuq grammatika ta' lingwi naturali, billi jislet il-partijiet li jagħmlu sens u jwarab dawk difettużi. F'dan is-sens, Lingwa awżiljari mibnija bil-għaqal hija rekosstruzzjoni ta' strutturi ġa eżistenti f'Lingwi naturali. Rekosstruzzjon bħal din tippressuponi li wieħed ikun imħarreġ tajjeb fil-grammatika tal-Lingwi naturali. U għalhekk nikkonkludu illi li wieħed ikun imħarreġ fl'istrutturi grammatikali tgħin lill moħħ jirfinħom. U peress li id-dinja li ngħixu fiha hi soġġetta għal grammatika, wieħed jista jkompli jargumenta u jgħid li it-tagħalim tal-prinċipji grammatikali li jħaddnu/jsawwru ir-rejaltaiet soġġettivi kollha, jġiegħlu il-moħħ ikompli itejjibhom dejjem aktar. Din hi opinjoni tipikament konstruttivista:

Il-kostruttivismu radikali isostni, ... li l-operazjonijiet li bihom aħna naslu biex insawru id-dinja li nesperjenzaw, fil-parti kbira jintlaħqu - u aktar min hekk, li aħna ngħarfu il-mekkaniżmu tagħhom forsi wkoll iwassal biex intejbuhom (Glasersfeld, p17)[3].

[editja] Evalwazzjoni

Dawn l-idejat, illum, daqs qabel, għadhom avantgardisti u fl-istess ħin diskutibbli ħafna. Huwa fatt aċċettat illi komunitajiet li ma jitkellmux waħda mil-lingwi ekonomikament importanti qiegħdin fi żvantaġġ. Huwa fatt ukoll li il-biċċa l-kbira tal-Ewropej għad mgħandhomx meżż kif jikkomunikaw direttament mal-biċċa l-kbira tal-Asjatiċi. Dan ifisser telf kbir ta' tagħrif dwar veduta differenti fuq id-dinja.

Sal ġurnata tal-llum qad m'hemx implementazzjoni ta' IAL fil-veru sens tal kelma - m'hux faċli li wieħed jimplementa ir-rekwizti/bżżonnijiet (requisites) li semmejna aktar il-fuq. Ir-rekwizti nnifishom huma diskutibbli għall l-aħħar. Mis-sittinijiet il-hwan il-lingwisti bdew joqgħodu lura milli jagħmlu dikjarażżjonijiet fuq is-"semplicità" u il-"loġika" fil-lingwa. L-istess japplika għall dikjarazzjonijiet bħal, ngħidu aħna, il-mod kif il-lingwa tħares lejn id-dinja huwwa soġġett għal grammatika. Wieħed sempliciment jaċċetta il-possibilità, iżda m'hemm l-ebda ċertezza assoluta fuq dan.

Wieħed ma jridx jinsa punt ieħor; sistema mibnija b'mod ideali illum mhux bilfors ser tibqa valida maz-zmien (time stability of language systems) - jekk nikkunsidraw dak kollhu li nafu fuq it-Tibdil fil-Lingwa, maz-żmien anke sistema idejali "taddatta" u "tiddeforma" bħall kull lingwa oħra.

Madanakollu jeżistu nies li kibru fl-lingwa kostruwita, bħall ngħidu aħna l-Esperanto jew f' lingwi rekostuwiti, bħall ma hu l-Ebrew Modern.

Punt diskuttibli ieħor forsi hu wkoll il-fatt li visti (views) u tradizzjonijiet huma miżmuma fil- lingwa u jiġu mgħoddija minnħa. Konsekwentamet jekk n'adottaw IAL "ekklettika" dawna jintilfu. Madankollhu ir-riċerka fl-istorja turina. li ħafna "tradizzjonijiet" ġew kostrutti konxjament b'għanijiet politici u ekonomiċi[4].

[editja] Il-forma-magħquda ta' kull lingwa

Il-motivazzjoni ta' Sapir nibtet min xewqa ġenwina li-jkun hemm fthemin bejn il-popli. Wieħed ma jistax jgħid li lingwa hija superjuri għal oħra. Mil l'istudju profond li għamel Sapir dwar id-diversi Lingwi Indigeni Amerikani sar jaf tajjeb ir-rikkezza tal-lingwi z-zagħar. Sapir jargumenta, li jekk lingwa tipprovdi mezzi li bihom tkun kapaci tesprimi kwalunkwe kunċett, allura, [...] li wieħed jgħid, li lingwa aktar grammatikali jew li għandha forma-magħquda aktar min ohrajn hu assoluttamant bla sens. (Sapir 1949:9)[5]

Fil-ġabra ta' l-artikli tiegħu ippublikat fl'1949, Sapir jargumenta, illi b'lingwa mitkellma min-nies ta' kultura primittiva wieħed għandu mezz jesprimi teżi astratta filosofika, ġaladarba l'istrutturi ta' dawk il-Lingwi kapaċi jesprimu ideat ta' struttura komplessa - anki jekk il-vokabularju tal-lingwa ikun insufiċjenti. Li ħsibijiet ta' dan it-tip għadhom qatt ma ġew espressi f'dawn il-kulturi hu sempliċiment għaliex għadhom mhumhiex avanzati biżżejjed biex jinterressaw rwieħhom fuq livell astratt u filosofiku.(Sapir 1949:FINDPAGE)[6]. Fi-kliem ieħor "il-forma-magħquda" ta' kull lingwa tfisser aktar min ħaġa oħra li it-tħaddim tagħha hu bla limitu(Harris 1951 : 296)[7]

Kull lingwa għandha il-prinċipji grammatikali tagħha li jiddettaw x'informazzjoni trid tingħata f'sentenza u x'inhu permess li wieħed iħalli barra. Fil-Ġermaniż u l-Ingliż, ngħidu aħna, in-numru hu obligatorju, meta il-Kwaikutl ma jinħtieġx informazzjoni bħal din - madankollhu il-Kwaikutl hu formalment mgħadud peress li joffri lil-min jitkellmu xi possibilità biex jesprimi in-numru tan-nom. Franz Boas jargumenta fuq linji simili:L'eskimo jista naturalment jesprimi jekk raġel hux marid issa [...] imma il-forma grammatikali tas-sentenza tiegħu ma tinħtieġx relazzjoni ta' temp (Boas 1969:38)[8].

Wieħed jista jargumenta li triq realistika għal IAL tista tintleħaq bir-riċerka tal-Lingwistika Ġenerattiva u it-Teorija tal-Prinċipji ul-Patrametri

[editja] Provi Prattiċi

L-ewwel prova prattika ta' IAL li kienet mifruxa sew ġiet żviluppata min-negozjanti Anżejatiċi

[editja] Noti

  1. Il-kwotazzjoni oriġinali hija: language is the formative organ of thought.
  2. Il-kwotazzjoni oriġinali hija: The product (thought) grows with the instrument.
  3. Il-kwotazzjoni oriġinali hija: Der radikale Konstruktivismus behauptet, daß wir die Operationen, mit denen wir unsere Erlebenswelt zusammenstellen, weitgehend erschließen können, und daß uns dann die Bewußtheit des Operierens helfen kann, es anders und vielleicht besser zu machen.
  4. Eric Hobsbawm, Ranger T., The Invention of Tradition, CUP, Cambridge, 1983. ISBN 0521437733 .
  5. Il-kwotazzjoni oriġinali hija: [...] there is no meaning whatsoever in the statement sometimes made, that one language is more grammatical, or form-bound, than another.
  6. :Il-kwotazzjoni oriġinali hija: [these cultures have] not advanced to the point, where it is of interest for them to form abstractions of a philosophic order.
  7. :Il-kwotazzjoni oriġinali hija: “completeness” of a language is “more exactly its constructivity without limit”.
  8. :Il-kwotazzjoni oriġinali hija: The Eskimo can, of course, express whether the man is sick at the present time [...] but the grammatical form of his sentences does not require the expression of the tense relation.

[editja] Referenzi

  • Darnell Regna. 1990. Edward Sapir: Linguist, antropologist, humanist. Berkeley/Los Angeles. ISBN 0520066782
  • Erickson, Jon, Marion Gymnich and Ansgar Nünning. 1997. Wilhelm von Humboldt, Edward Sapir and the Constructivist framework. Historiographia Linguistica. 24. 285-306.
  • Glasersfeld, Ernst v. An Introduction to radical constructivism. The invented reality: How do we know what we believe we know? Contributions to Constructivism, ed. By Paul Watzlawick, 17-40. New York. ISBN 0393017311
  • Harris, Zellig S. 1951. Review of Sapir 1949.
  • Nünning Ansgar. 1988. Selbsttätigkeit und Verstehen: Grundzüge des Denkens Wilhelm von Humboldts und ihre Gemeinsamkeiten mit dem radikalen Konstruktivismus. Delfin 10. 38-49.
  • Sapir Edward, 1921. Language: An introduction to the study of Speech. New York. ISBN 0156482339
  • Sapir Edward, 1949. Selected Writings in Language Culture and Personality, ed. By David G. Mandelbaum and epilogue by Dell H. Hymes. Berkely/Los Angeles, 1985. ISBN 0520055942

[editja] Links

Static Wikipedia (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu

Static Wikipedia February 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu