Marsupialis
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Marsupialis huwa sottoġeneru ta' mammiferi marsupjali, eżattament l-opossumi tal-kontinenti Amerikani.
Dan is-sottoġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali), fis-superordni Ameridelphia (il-marsupjali Amerikani minnbarra l-kolokolo), fl-ordni Didelphimorphia, fis-superfamilja Didelphoidea, fil-familja Didelphidae, fis-sottofamilja Didelphinae, fit-tribù Didelphini, fil-ġeneru Didelphis.
Is-sottoġeneru Marsupialis jiġbor fiħ 2 mis-6 speċi ħajjin tal-ġeneru Didelphis, bl- 4 speċi 'l oħra miġburin fis-sottoġeneru Albiventris.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Opossum, Didelphimorphia jew Didelphidae)
[editja] Lista ta' l-ispeċi tas-sottoġeneru Marsupialis
-
- Sottoġeneru Marsupialis
- Didelphis marsupialis (Linnaeus,1758)
- Didelphis virginiana (Kerr,1792)
- Sottoġeneru Marsupialis
[editja] Referenzi
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.