Maximucinus
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Maximucinus huwa ġeneru ta' mammiferi estinti, il-marsupjali karnivori (id-dasjuromorfji), eżattament il-Lupi marsupjali tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent ta' l-Awstralja) u fil-familja Thylacinidae. Maximucinus huwa ġeneru monotipiku li jiġbor fiħ speċi waħda biss estinta.
Dan il-ġeneru fossilu, instab f' depożiti ta' tard fil-Mijoċen ta' Riversleigh, fil-Majjistral, ta' l-istat ta' Queensland, fl-Awstralja.
(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Dasyuromorphia)
[editja] Lista ta' uħud mill-ispeċi tal-ġeneru Maximucinus
- Ġeneru Maximucinus (Wroe,2001)
- Maximucinus muirheadae (Wroe,2001) (estinta)
[editja] Referenzi
- Wroe, S., 2001: Maximucinus muirheadae, gen. et sp. nov. (Thylacinidae : Marsupialia), from the Miocene of Riversleigh, north-western Queensland, with estimates of body weights for fossil thylacinids.–Australian Journal of Zoology: Vol. 49, pp. 603-614 [1]