Megalagus
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Megalagus huwa ġeneru estint ta' mammiferi lagomorfi (il-Fniek, Liepri u Piki), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Leporidae, ma' bosta ġeneri oħra estinti u ma' 10 ġeneri oħra b' rappresentanti ħajjin (Bunolagus, Nesolagus, Romerolagus, Brachylagus, Sylvilagus, Poelagus, Oryctolagus, Lepus, Caprolagus u Pronolagus).
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli, Leporidi jew Lagomorfi)
[editja] Sinonimi
Palaeolagus brachyodon ġie riklassifikat minn Burke, 1936, bħala Megalagus brachyodon u b' hekk huwa sinonimu.
Palaeolagus triplex u Tricium paniense skond White, 1931 huma sinonimi ta' Megalagus turgidus.
[editja] Lista ta' uħud mill-ispeċi tal-ġeneru Megalagus
- Ġeneru Megalagus (Walker, 1931)
- Megalagus abaconis (Hayes, 2000)
- Megalagus brachyodon (Burke, 1936)
- Megalagus dawsoni (Black, 1961)
- Megalagus primitivus (Dawson, 1958)
- Megalagus turgidus (White, 1988)