Mixodectes
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Mixodectes huwa ġeneru ta' mammiferi plaċentati estinti, eżattament mammiferi relatati fil-qrib mal-kolugi (il-mammiferi plaċentati li jipplanaw, tal-kontinent ta' l-Asja mifruxin fin-naħa tax-Xlokk u fuq bosta gżejjer).
Din il-familja qegħda kklassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fis-superordni Euarchontoglires, fl-ordni Dermoptera u fil-familja Mixodectidae ma' ġeneru ieħor biss Dracontolestes (sa ftit żmien ilu kien inkluż il-ġeneru Remiculus ukoll bl-ispeċi Remiculus deutschi sakemm dan ġie ri-ikklassifikat f' familja oħra).
Il-ġeneru Mixodectes huwa l-akbar fost iż- 2 speċi tal-familja Mixodectidae u jiġbor fiħ 2 speċi estinti, li huma Mixodectes malaris u Mixodectes pungens.
Il-membri ta' dan il-ġeneru tal-Palejoċen kienu mifruxa fil-kontinent ta' l-Amerika ta'fuq ma' uħud mill-istati ta' l-iStati Uniti.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Kolugo, Mixodectidae u Dermoptera)
[editja] Lista ta' l-ispeċi fil-ġeneru Mixodectes
- Ġeneru Mixodectes (Cope,1883)
- Mixodectes malaris (Cope,1883)
- Mixodectes pungens (Cope,1883)
[editja] Referenzi
- Tassonomija tal-Mammiferi.
- The Taxonomicon sit b' informazzjoni dwar is-Siġra Tassonomika u l-ġeneru Mixodectes.