Muribacinus
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Muribacinus huwa ġeneru ta' mammiferi estinti, il-marsupjali karnivori (id-dasjuromorfji), eżattament il-Lupi marsupjali tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent ta' l-Awstralja) u fil-familja Thylacinidae. Muribacinus huwa ġeneru monotipiku li jiġbor fiħ speċi waħda biss estinta.
Dan il-ġeneru fossilu, instab f' depożiti tal-Mijoċen ta' Riversleigh, fil-Majjistral, ta' l-istat ta' Queensland, fl-Awstralja.
(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Dasyuromorphia)
[editja] Lista ta' uħud mill-ispeċi tal-ġeneru Muribacinus
- Ġeneru Muribacinus (Wroe,1996)
- Muribacinus gadiyuli (Wroe,1996) (estinta)
[editja] Referenzi
- Wroe, S. 1996. Muribacinus gadiyuli (Thylacinidae: Marsupialia), a very plesiomorphic thylacinid from the Miocene of Riversleigh, northwestern Queensland, and the problem of paraphyly for the Dasyuridae (Marsupialia). Journal of Palentology 70(6):1032-1044.