Ngamalacinus
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Ngamalacinus huwa ġeneru ta' mammiferi estinti, il-marsupjali karnivori (id-dasjuromorfji), eżattament il-Lupi marsupjali tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent ta' l-Awstralja) u fil-familja Thylacinidae. Ngamalacinus huwa ġeneru monotipiku li jiġbor fiħ speċi waħda biss estinta.
Dan il-ġeneru fossilu, instab f' depożiti ta' kmieni fil-Mijoċen ta' Riversleigh, fil-Majjistral ta' l-istat ta' Queensland, fl-Awstralja.
(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Dasyuromorphia)
[editja] Lista ta' uħud mill-ispeċi tal-ġeneru Ngamalacinus
- Ġeneru Ngamalacinus (Muirhead,1997)
- Ngamalacinus timmulvaneyi (Muirhead,1997) (estinta)
[editja] Referenzi
- Muirhead, J. 1997. Two early Miocene thylacines from Riversleigh, northwestern Queensland. Memoirs of the Queensland Museum 41(2):367-377.