Pika ta' Thomas
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Pika ta' Thomas |
||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Scientific classification | ||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
Ochotona thomasi Argyropulo, 1948 |
Il-Pika ta' Thomas (Ochotona thomasi) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha.
Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-isteppe li hu magħmul minn 9 speċi u miġburin fis-sottoġeneru Ochotona.
Il-Pika ta' Thomas hija speċi ta' pika li tħaffer taħt l-art u tħobb ambjent bi ħxejjex bħal "Caragana jubata", "Dasiphora fruticosa" u "Salix spp." f' għoli ta' bejn 3,400m u 3,900m. Id-densita tal-popolazjoni ta' din l-ispeċi mhijiex magħrufa u b'hekk skond l-"IUCN Red List of Threatened Species" qegħda mniżżla bħala speċi fi stat "Indeterminat" ("Indeterminate").
[editja] Distribuzjoni
Din hija speċi endemika taċ-Ċina mifruxa ma' katini ta' muntanji iżolati f' Gansu, Quinghai u Sichuan.
[editja] Klassifikazjoni
- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
- Ġeneru Ochotona
- Sottoġeneru Ochotona: Piki tal-isteppe
- Pika ta' Thomas, Ochotona thomasi
- Sottoġeneru Ochotona: Piki tal-isteppe
- Ġeneru Ochotona
- Familja Ochotonidae
[editja] Referenzi
- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona thomasi. 2006 IUCN Red List of Threatened Species.