Pika ta' Tsing-ling
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Pika ta' Tsing-ling |
||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Scientific classification | ||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
Ochotona huangensis Matschie, 1908 |
Il-Pika ta' Tsing-ling (Ochotona huangensis) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha.
Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-isteppe li hu magħmul minn 9 speċi u miġburin fis-sottoġeneru Ochotona.
Il-Pika ta' Tsing-ling hija speċi ta' pika li tħaffer il-bejta taħt l-art u tħobb ambjent ta' foresta tal-bambu jew foresta alpina minn għoli moderat ta' madwar 1,800m u aktar. Din l-ispeċi sa ftit żmien ilu kienet meqjusa bħala sottospeċi ("O. thibetana huangensis") tal-Pika ta' Moupin. Il-Pika ta' Tsing-ling qegħda klassifikata mil-"IUCN Red List of Threatened Species" bħala speċi b'nuqqas kbir ta' informazjoni, b'hekk qegħda mniżla fi stat "Indeterminat" ("Indeterminate").
Werrej |
[editja] Distribuzjoni
Din hija speċi endemika taċ-Ċina u ma tinstab fl' ebda pajjiż ieħor.
[editja] Sinonimi
"O. thibetana huangensis" huwa sinonimu jew l-istess bħal Ochotona huangensis.
[editja] Klassifikazjoni
- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
- Ġeneru Ochotona
- Sottoġeneru Ochotona: Piki tal-isteppe
- Pika ta' Tsing-ling, Ochotona huangensis
- Sottoġeneru Ochotona: Piki tal-isteppe
- Ġeneru Ochotona
- Familja Ochotonidae
[editja] Referenzi
- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).hawn għadha meqjusa bħala sottospeċi tal-Pika ta' Moupin Ochotona thibetana ssp. huangensis. 2006 IUCN Red List of Threatened Species.