Plagiomeninae
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Plagiomeninae hija sottofamilja ta' mammiferi plaċentati estinti, eżattament mammiferi relatati fil-qrib mal-kolugi (il-mammiferi plaċentati li jipplanaw, tal-kontinent ta' l-Asja mifruxin fin-naħa tax-Xlokk u fuq bosta gżejjer).
Din il-familja qegħda kklassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fis-superordni Euarchontoglires, fl-ordni Dermoptera, fil-familja Plagiomenidae ma' sottofamilja oħra il-Ekgmowechashalinae.
Is-sottofamilja Plagiomeninae hija l-akbar sottofamilja tal-familja Plagiomenidae kemm fin-numru ta' ġeneri kif ukoll fin-numru ta' speċi. Din tikkonsisti minn 2 tribujiet (Planetetheriini u Plagiomenini), 4 ġeneri (Planetetherium, Worlandia, Ellesmene u Plagiomene) u bosta speċi kollha estinti.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Kolugo u Dermoptera)
[editja] Lista ta' l-ispeċi fis-sottofamilja Plagiomeninae
- Sottofamilja Plagiomeninae
- Tribù Planetetheriini
- Ġeneru Planetetherium (Simpson,1928)
- Planetetherium mirabile (Simpson,1928)
- Ġeneru Worlandia (Bown & Rose,1979)
- Worlandia inusitata (Bown & Rose,1979)
- Ġeneru Planetetherium (Simpson,1928)
- Tribù Plagiomenini
- Ġeneru Ellesmene
- Ellesmene eureka (Dawsonet al.,1993)
- Ġeneru Plagiomene (Matthew,1918)
- Plagiomene accola (Rose,1981)
- Plagiomene multicuspis (Matthew,1918)
- Ġeneru Ellesmene
- Tribù Planetetheriini
[editja] Referenzi
- Tassonomija tal-Mammiferi.
- The Taxonomicon sit b' informazzjoni dwar is-Siġra Tassonomika u s-sottofamilja Plagiomeninae.