Planigalini
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Planigalini hija tribù ta' mammiferi marsupjali karnivori żgħar li morfoloġikament qieshom ġrieden (eżempji ta' speċi f' din it-tribù huwa, l-Planigal).
Din it-tribù qegħda klassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani u l-kolokolo ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae u fis-sottofamilja Sminthopsinae ma' tribù oħra biss, is-Sminthopsini.
Din hija tribù li tiġbor f' hija ġeneru wieħed biss Planigale u minn ta' lanqas 5 speċi ħajjin.
Fin-numru ta' ġeneri u speċi, it-tribù Planigalini hija ħafn' iżgħar, mit-tribù 'l oħra tas-sottofamilja Sminthopsinae u hija assolutament 'l iżgħar fost l- 4 tribù tal-familja Dasyuridae.
L-ispeċi tat-tribù Planigalini, ġeneralment ikunu iżgħar fid-daqs minn dawk tat-tribù Sminthopsini u huma ikkunsidrati fost l' iżgħar speċi ta' marsupjali eżistenti l-llum il-ġurnata (eżempju ta' dan hija l-ispeċi Planigale ingrami fejn adult ikun jiżen bejn 4 u massimu ta' 6 grammi.)
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Planigal, Dasjuromorfju jew Dasyuromorphia)
[editja] Lista ta' l-ispeċi tat-tribù Planigalini
- Tribù Planigalini (Archer,1982)
[editja] Referenzi
- Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.