Pronotolagus
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Pronotolagus huwa ġeneru estint ta' mammiferi lagomorfi (il-Fniek, Liepri u Piki), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Leporidae, ma' bosta ġeneri oħra estinti u ma' 10 ġeneri oħra b' rappresentanti ħajjin (Bunolagus, Nesolagus, Romerolagus, Brachylagus, Sylvilagus, Poelagus, Oryctolagus, Lepus, Caprolagus u Pronolagus).
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli, Leporidi jew Lagomorfi)
[editja] Sinonimi
Hypolagus apachensis ġie riklassifikat minn J.A.White, 1991, bħala Pronotolagus apachensis u b' hekk huwa sinonimu.
[editja] Lista ta' uħud mill-ispeċi tal-ġeneru Pronotolagus
- Ġeneru Pronotolagus (White, 1991)
- Pronotolagus albus (Voorheis u Timperley, 1997)
- Pronotolagus apachensis (White, 1991)
- Pronotolagus nevadensis (Kelly, 2000)
- Pronotolagus whitei (Korth, 1998)