Rhyncholestes
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Rhyncholestes huwa ġeneru ta' mammiferi (l-opossumi ġriedem ta' geddumhom twil), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali), fis-superordni Ameridelphia, fl-ordni Paucituberculata, fil-familja Caenolestidae ma' 2 ġeneri oħra (Caenolestes u Lestoros), bi speċi 1 biss. Għalkemm Bublitz fl-1987 għadda suġġeriment, li jkun hemm 2 speċi fil-ġeneru Rhyncholestes (Rhyncholestes raphanurus u Rhyncholestes continentalis), il-biċċa l-kbira tal-mammoloġisti ma jimxux ma' din il-klassifikazjoni ta' Bublitz u jaċċettaw speċi waħda biss Rhyncholestes raphanurus.
(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Opossum ġurdiem ta' geddumu twil)
[editja] Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Rhyncholestes
[editja] Referenzi
- Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 110.