Senġi
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Senġijiet |
||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Senġi tà widnejħ qosra
(Macroscelides proboscideus) |
||||||||||
Scientific classification | ||||||||||
|
||||||||||
|
||||||||||
Mammiferi insettivori afrikani ta' daqs żgħir, magħrufa bħala ġriedem ta' geddumhom twil iljunfanti jew senġijiet, jagħmlu parti mill-familja Macroscelididae, fl-ordni Macroscelidea. Peress li sar magħruf u xjentifikament ċar li l-ġriedem ta' geddumhom twil iljunfanti ma huma xejn relatati ma' l-ġriedem ta' geddumhom twil ta' vera, ħafna saru jippreferu jsejħulhom senġijiet, terminu li gej minn lingwi Bantu afrikani.
Huma mifruxa sew fin-nofs in-nhar ta' l-Afrika u għalkemm ma huma komuni imkien, kważi tista' issibhom f'kull tip ta' ambjent; mid-deżert tan-Namibja għall-foresti fl-Afrika t'isfel. Is-Senġi ta' l-Afrika ta' fuq jgħix fl-ambjent xott tal-pajjiżi fil-majistral tal-kontinent Afrikan.
Werrej |
[editja] Deskrizjoni
Il-15 -il speċi jvarjaw fid-daqs bejn wieħed u ieħor minn 100mm sa kważi 300mm u fil-piż minn ftit anqas minn 50g għal ftit aktar minn 500g. Kollha kemm huma jimxu fuq erba' saqajn li huma pjuttost twal għal ġisimhom u għalkemm it-tul ta' mnieħirhom ivarja minn speċi għall ohra, kollha kapaċi jilwu mnieħirhom 'l hemm u 'l hawn fit-tfittxija għall-ikel.
[editja] Dieta
Il-parti l-kbira tad-dieta tagħhom tikkonsisti minn insetti, dud u brimb li jsibu ma' l-art qalb il-weraq.
[editja] Klassifikazjoni
- Ordni Macroscelidea
- Familja Macroscelididae
- Ġeneru Elephantulus
- Senġi ta' wiċċu qasir, Elephantulus brachyrhynchus
- Senġi ta' Kap, Elephantulus edwardii
- Senġi ta' saqajħ skuri, Elephantulus fuscipes
- Senġi skur, Elephantulus fuscus
- Senġi ta' Bushveld, Elephantulus intufi
- Senġi tal-ġebla tal-Lvant, Elephantulus myurus
- Senġi tas-Somalja, Elephantulus revoili
- Senġi ta' l-Afrika ta' fuq, Elephantulus rozeti
- Senġi ħamrani, Elephantulus rufescens
- Senġi tal-ġebla tal-Punent, Elephantulus rupestris
- Ġeneru Macroscelides
- Ġeneru Petrodromus
- Ġeneru Rhynchocyon
- Ġeneru Elephantulus
- Familja Macroscelididae
[editja] Referenzi
- Schlitter, Duane A. (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 82-85.