Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Irlanda
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-gżira ta' l-Irlanda tinqasam f'żewġ nazzjoniet differenti, dik ta' l-Irlanda ta' Fuq u r-Repubblika Irlandiża. Dan l-artiklu jitkellem dwar it-tim nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Irlandiża, li beda jilgħab fil-21 ta' Marzu 1926. Fil-fatt fl-ewwel logħba tiegħu lagħab kontra l-Italja u spiċċa tellief (Italja 2 - 0 Irlanda). L-ikbar rebħa li għamlu dan it-tim li hu magħruf ukoll bħala "The Boys In Green" (Is-Subien fl-Aħdar), kienet kontra Malta fis-16 ta' Novembru 1983, fejn rebħu lill-Maltin bi 8 b'xejn (Irlanda 8 - 0 Malta). U l-agħar logħba kienet dik tas-27 ta' Mejju 1982 kontra t-tim mill-Amerika t'Isfel, il-Brażil (Brażil 7 - 0 Irlanda).
Fit-Tazza tad-Dinja l-Irlanda ħadet sehem tliet darbiet fl-1990, 1994 u fl-2002 u l-iktar li waslet viċin tal-finali kien fl-1990 meta nqalgħat fil-kwarti finali. Iżda darba biss ħadet sehem fil-European Championship dan kien fl-1988.
Informazzjoni oħra dwar dan it-tim li bħala stadjum f'daru juża' il-Lansdowne Road.
Assoċjazzjoni: Football Association of Ireland (L-Assoċjazzjoni tal-Futbol ta' l-Irlanda)
Il-Kowċ Attwali: Steve Staunton (2006- )
It-Top Scorer: Robbie Keane (b'26 gowl)
Il-Kodiċi tal-FIFA: IRL
Ir-Ranking tal-FIFA: 49 post
L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 5 post (Awissu ta' l-1993)
L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 57 post (Novembru ta' l-1998)
Ir-Ranking tal-Elo: 22