Veterilepus
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Veterilepus huwa ġeneru estint ta' mammiferi lagomorfi (il-Fniek, Liepri u Piki), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha. F' uħud mil-klassifikazjonijiet imniżżel bħala ġeneru bażi u f' oħrajn bħala ġeneru fil-familja Leporidae, ma' bosta ġeneri oħra estinti u ma' 10 ġeneri oħra b' rappresentanti ħajjin (Bunolagus, Nesolagus, Romerolagus, Brachylagus, Sylvilagus, Poelagus, Oryctolagus, Lepus, Caprolagus u Pronolagus).
Dan il-ġeneru ġie inkluż fil-familja Leporidae minn Mc.Kenna & Bell, 1997.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli, Leporidi jew Lagomorfi)
[editja] Lista ta' uħud mill-ispeċi tal-ġeneru Veterilepus
- Ġeneru Veterilepus
- Veterilepus hungaricus (Kormos, 1934)
- Veterilepus lascarevi