Żejtun
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Iż-Żejtun huwa raħal ta' daqs medju fin-nofsinhar ta' Malta, b'popolazzjoni ta' 11,309 ruħ (ċensiment 1995). Huwa proġettat li sa l-2010, il-popolazzjoni tilħaq it-13,133 ruħ. Iż-Żejtun ħa ismu mil-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġ.
Il-villaġġ ingħata it-titlu ta' Belt mil-Gran Mastru Hompesch fl-1797. Hemm bosta fdalijiet rumani f'dal-villaġġ.
Il-Knisja Parrokkjali hija ddedikata lil Santa Katerina V.M. ta' Lixandra. L-ewwel ġebla tal-knisja ġiet imbierka minn Dun Pawl Branchel. Il-knisja ġiet kompluta fl-1720, u ħadet post oħra eqdem, li għadha teżisti sa llum u hija mlaqqma ta' San Girgor, minħabba l-purċissjoni li ssir kull sena sa minn żminijiet medjevali għal din il-knisja.
Hemm numru ta' kapelli, fosthom dawk ta' San Klement, lil Madonna tal-Bon Kunsill, is-Salvatur u Santa Marija, l-Ispirtu S-Santu u Sant' Anġlu.
Fi żminijiet medjevali l-inħawi ta' madwar iż-Żejtun kienu magħrufa bħala Le Terre di Santa Katarina. Numru ta' parroċċi kien iffurmat mil-parroċċa taż-Żejtun - bħal dik ta' Ħal-Għaxaq u Marsaxlokk.
Matul dan l-aħħar ħamsin sena iż-Żejtun jibqa' msemmi għar-rivalità politika, bil-quċċata tintlaħaq fl-1981, bl-inċidenti ta' tal-Barrani. Diskriminazzjoni lejn dan il-villaġġ - għalkemm limitata - għadha teżisti sa llum.
Il-festa ta' Santa Katerina - l-aktar avveniment fil-kalendarju tas-sena importanti għal dan il-villaġġ issir fit-tielet Ħadd ta' Ġunju, hu mhux fid-data uffiċjali fil-25 ta' Novembru. Hemm żewġ baned - il-Banda Beland, u il-Banda Żejtun. L-innu li jitkanta fil-knisja iddedikata lil Santa Katerina, għandu il-kliem ta' Emmanuele Palmier-Cecy u l-mużika ta' Dun Lawrenz Mifsud. Kompożitur Żejtun famuż ieħor kien Carlo Diacono, li għalih ġiet imsemmija il-Junior Lyceum tal-bniet fiż-Żejtun stess. Skola oħra fiż-Żejtun hija dik Primarja, mibnija mill-Ingliżi fuq stil neo klassiku.
Is-sindku huwa is-Sur Joe Attard, fil-waqt li l-arċipriet huwa Dun Eric Overand.