Ekgmowechashalini
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Ekgmowechashalini hija tribù ta' mammiferi plaċentati estinti, eżattament mammiferi relatati fil-qrib mal-kolugi (il-mammiferi plaċentati li jipplanaw, tal-kontinent ta' l-Asja mifruxin fin-naħa tax-Xlokk u fuq bosta gżejjer).
Din it-tribù qegħda kklassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fis-superordni Euarchontoglires, fl-ordni Dermoptera, fil-familja Plagiomenidae, fis- sottofamilja Ekgmowechashalinae, ma' tribù oħra t-Tarkadectini
It-tribù Ekgmowechashalini hija l-iżgħar tribù fost it-tnejn tas-sottofamilja Ekgmowechashalinae kemm fin-numru ta' ġeneri kif ukoll fin-numru ta' speċi. Din tikkonsisti minn ġeenru wieħed (Ekgmowechashala) u speċi waħda biss estinta.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Kolugo, Ekgmowechashalinae, Plagiomenidae u Dermoptera)
[editja] Lista ta' l-ispeċi fit-tribù Ekgmowechashalini
- Tribù Ekgmowechashalini
- Ġeneru Ekgmowechashala (MacDonald,1963)
- Ekgmowechashala philotae (MacDonald,1963)
- Ġeneru Ekgmowechashala (MacDonald,1963)
[editja] Referenzi
- Tassonomija tal-Mammiferi.
- The Taxonomicon sit b' informazzjoni dwar is-Siġra Tassonomika u t-tribù Ekgmowechashalini.