Tarkadectini
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Tarkadectini hija tribù ta' mammiferi plaċentati estinti, eżattament mammiferi relatati fil-qrib mal-kolugi (il-mammiferi plaċentati li jipplanaw, tal-kontinent ta' l-Asja mifruxin fin-naħa tax-Xlokk u fuq bosta gżejjer).
Din it-tribù qegħda kklassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fis-superordni Euarchontoglires, fl-ordni Dermoptera, fil-familja Plagiomenidae, fis- sottofamilja Ekgmowechashalinae, ma' tribù oħra l-Ekgmowechashalini
It-tribù Tarkadectini hija l-akbar tribù fost it-tnejn tas-sottofamilja Ekgmowechashalinae kemm fin-numru ta' ġeneri kif ukoll fin-numru ta' speċi. Din tikkonsisti minn 2 ġeneri (Tarka u Tarkadectes) u 2 speċi kollha estinti.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Kolugo, Ekgmowechashalinae, Plagiomenidae u Dermoptera)
[editja] Lista ta' l-ispeċi fit-tribù Tarkadectini
- Tribù Tarkadectini
- Ġeneru Tarka (McKenna 1990)
- Tarka stylifera (McKenna 1990)
- Ġeneru Tarkadectes (McKenna 1990)
- Tarkadectes montanensis (McKenna 1990)
- Ġeneru Tarka (McKenna 1990)
[editja] Referenzi
- Tassonomija tal-Mammiferi.
- The Taxonomicon sit b' informazzjoni dwar is-Siġra Tassonomika u l-familja Plagiomenidae.