Fenek ta' denbu qotni
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Fenek ta' denbu qotni |
||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant, Sylvilagus floridanus
|
||||||||||||||||||
Scientific classification | ||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
Fenek ta' denbu qotni jew kif jissejjaħ ukoll Denb qotni, jista jkun wieħed minn 17-il speċi ta' lagomorfi leporidi, li jagħmlu parti mil-familja Leporidae, fl-ordni Lagomorpha u kollha klassifikati fil-ġeneru Sylvilagus maqsuma ma' 3 sottoġeneri (Microlagus, Sylvilagus u Tapeti).
L-ispeċi kollha ta' dnieb qotna huma nativi tal-kontinenti Amerikani u kkunsidrati fniek għax kollha jkollhom iż-żrameġ bla pil, ogħmja u totalment dipendenti fuq l-omm fit-twelid.
Il-Fniek ta' denbhom qotni fl-apparenza tagħhom huma simili ħafna tal-Fenek Ewropew selvaġġ Oryctolagus cuniculus. L-isem ta' dawn il-fniek ġej mil-fatt li l-biċċa l-kbira ta' l-ispeċi għandhom denbhom abjad fuq in-naħa ta' taħt magħmul minn pil fin ħafna qiesu qoton. Din il-parti tad-denb juruħ biċ-ċar waqt li jkunu qegħdin jaħarbu mil-periklu. Madankollu, din il-karatteristika m'hijiex tal-ġeneru Sylvilagus biss (eż. il-Fenek Ewropew Oryctolagus cuniculus ukoll għandu dan it-tip ta' denb), u lanqas il-membri tal-ġeneru Sylvilagus kollha, ma għandhom din il-karatteristika (eż. il-Fenek xkupilja Sylvilagus bachmani għandu n-naħa ta' taħt, ta' denbu, kulur ġriż).
Il-ġeneru Sylvilagus, għandu distribuzjoni wiegħsa mal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq, għalkemm il-biċċa l-kbira ta' dawn l-ispeċi, huma iżolati ġografikament jew għandhom distribuzjoni limitata f' reġjuni partikolari. Minn barra fl-Amerika ta' fuq dan il-ġeneru huwa preżenti fil-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel ukoll bi' ftit speċi.
Werrej |
[editja] Speċi
- Fenek tal-ilma, Sylvilagus aquaticus
- Fenek ta' denbu qotni tad-deżert, Sylvilagus audubonii
- Fenek xkupilja, Sylvilagus bachmani
- Fenek ta' denbu qotni tal-foresta, Sylvilagus brasiliensis
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano, Sylvilagus cognatus
- Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku, Sylvilagus cunicularis
- Fenek ta' denbu qotni ta' Dice, Sylvilagus dicei
- Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant, Sylvilagus floridanus
- Fenek ta' denbu qotni tat-Tres Marias, Sylvilagus graysoni
- Fenek ta' denbu qotni ta' Omiltemi, Sylvilagus insonus
- Fenek xkupilja ta' San Jose, Sylvilagus mansuetus
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji, Sylvilagus nuttallii
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Appalach, Sylvilagus obscurus
- Fenek tal-paludi, Sylvilagus palustris
- Fenek robust, Sylvilagus robustus
- Fenek ta' denbu qotni ta' l-Ingilterra l-Ġdida, Sylvilagus transitionalis
- Fenek ta' denbu qotni tal-artijiet baxxi tal-Venezwela, Sylvilagus varynaensis
[editja] Klassifikazjoni
- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Sottofamilja Leporinae
- Tribù Leporini
- Ġeneru Sylvilagus
- Sottoġeneru Tapeti
- Fenek tal-ilma, Sylvilagus aquaticus
- Fenek ta' denbu qotni tal-foresta jew Tapeti, Sylvilagus brasiliensis
- Fenek ta' denbu qotni ta' Dice, Sylvilagus dicei
- Fenek ta' denbu qotni ta' Omiltemi, Sylvilagus insonus
- Fenek tal-paludi, Sylvilagus palustris
- Fenek tal-pjanura tal-Venezwela, Sylvilagus varynaensis
- Sottoġeneru Sylvilagus
- Fenek ta' denbu qotni tad-deżert, Sylvilagus audubonii
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano, Sylvilagus cognatus
- Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku, Sylvilagus cunicularis
- Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant, Sylvilagus floridanus
- Fenek tat-Tres Marias, Sylvilagus graysoni
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji, Sylvilagus nuttallii
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Appalach, Sylvilagus obscurus
- Fenek ta' l-Ingilterra l-Ġdida, Sylvilagus transitionalis
- Fenek robust, Sylvilagus robustus
- Sottoġeneru Microlagus
- Sottoġeneru Tapeti
- Ġeneru Sylvilagus
- Tribù Leporini
- Sottofamilja Leporinae
- Familja Leporidae
[editja] Referenzi
- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.