Lagomorfu
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Lagomorfi |
||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Scientific classification | ||||||||||||||
|
||||||||||||||
|
||||||||||||||
Leporidae |
Il-Lagomorfi fis-singular lagomorfu (Grieg "lagos" liepru: + "morphē" forma), li jiffurmaw l-ordni Lagomorpha, huma l-Fniek, il-Liepri u l-Piki. Dawn il-mammiferi plaċentati jinqasmu f'2 familji, il-Leporidae (fniek u liepri) u Ochotonidae (piki).
L-ispeċi Lagomorfi jixbħu r-rodituri (l-ispeċi tal-ordni Rodentia) u sa s-seklu 20 dawn kienu klassifikati bħala superfamilja fl-istess ordni. Minn dak iż-żmien 'l hawn il-klassifikazjoni tagħhom inbidlet u ġew miġbura fl-ordni Lagomorpha għalihom biss. Għal ċertu żmien kien komuni li jitqiesu bħala relatati biss mill-bogħod mar-rodituri u li x-xebħ kien superfiċjali. Madankollu, minn studji ġenetiċi ħareġ li għalkemm huma distinti mir-rodituri, huma relatati fil-qrib sew, wara kollox.
[editja] Karatteristiċi
- Il-Lagomorfi, għandhom 4 snien ta' quddiem jew inċisivi par wara l-ieħor (u mhux 2 biss bħar-rodituri) fix-xedaq ta' fuq.
- Il-Lagomorfi, jieklu biss ħxejjex (mhux bħar-rodituri, li jieklu kemm laħam u ħaxix)
- Il-Lagomorfi fir-raġel l-iscrotum (il-borża tal-ġilda li jkun hemm fiha t-testikoli) qegħdha quddiem jew fuq il-pene u mhux taħt.
- Fil-pene tal-lagomorfi m'hemmx għadma (il-baculum) (waqt li r-rodituri għandhom)
- Fil-Lagomorfi l-ikel jgħaddi darbtejn mis-sistema tad-diġestjoni tagħhom, billi jerġgħu jieklu l-cecotropes li jarmi ġisimhom għall-ewwel darba, dan jagħmluh biex jieħdu dak kollu li hu possibli bħala nutrimenti mid-dieta veġetarjana tagħhom.
[editja] Klassifikazjoni
- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
- Ġeneru Ochotona
- Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana
- Pika Alpina, Ochotona alpina
- Pika tal-fidda, Ochotona argentata
- Pika tal-kullar, Ochotona collaris
- Pika ta' Hoffmann, Ochotona hoffmanni
- Pika tat-Tramuntana jew Pika tas-Siberja, Ochotona hyperborea
- Pika ta' Pallas, Ochotona pallasi
- Pika Amerikana, Ochotona princeps
- Pika ta' Turuchan, Ochotona turuchanensis
- Sottoġeneru Ochotona: piki tal-isteppe
- Pika ta' Gansu jew Pika Griża, Ochotona cansus
- Pika tax-xofftejn suwed, Ochotona curzoniae
- Pika ta' Daurian, Ochotona dauurica
- Pika ta' Tsing-ling, Ochotona huangensis
- Pika ta' Nubra, Ochotona nubrica
- Pika tal-isteppe, Ochotona pusilla
- Pika tal-Afganistan, Ochotona rufescens
- Pika ta' Moupin, Ochotona thibetana
- Pika ta' Thomas, Ochotona thomasi
- Sottoġeneru Conothoa: piki tal-muntanji
- Pika ħamra taċ-Ċina, Ochotona erythrotis
- Pika ta' Forrest, Ochotona forresti
- Pika ta' Gaoligong, Ochotona gaoligongensis
- Pika ta' Glover, Ochotona gloveri
- Pika tal-Ħimalaja, Ochotona himalayana
- Pika ta' Ili, Ochotona iliensis
- Pika ta' Kozlov, Ochotona koslowi
- Pika ta' Ladak, Ochotona ladacensis
- Pika tal-widnejn kbar, Ochotona macrotis
- Pika ta' Muli, Ochotona muliensis
- Pika sewda, Ochotona nigritia
- Pika ta' Royle, Ochotona roylei
- Pika ħamra tat-Turkestan, Ochotona rutila
- Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana
- Ġeneru Ochotona
- Familja Prolagidae (estinta)
- Ġeneru Prolagus
- Pika ta' Sardinja, Prolagus sardus (estint)
- Ġeneru Prolagus
- Familja Leporidae : Fniek u Liepri
- Ġeneru Pentalagus
- Ġeneru Bunolagus
- Ġeneru Nesolagus
- Ġeneru Romerolagus
- Ġeneru Brachylagus
- Ġeneru Sylvilagus
- Sottoġeneru Tapeti
- Fenek tal-ilma, Sylvilagus aquaticus
- Fenek ta' denbu qotni tal-foresta jew Tapeti, Sylvilagus brasiliensis
- Fenek ta' denbu qotni ta' Dice, Sylvilagus dicei
- Fenek ta' denbu qotni ta' Omiltemi, Sylvilagus insonus
- Fenek tal-paludi, Sylvilagus palustris
- Fenek tal-artijiet baxxi tal-Venezwela, Sylvilagus varynaensis
- Sottoġeneru Sylvilagus
- Fenek ta' denbu qotni tad-deżert, Sylvilagus audubonii
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano, Sylvilagus cognatus
- Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku, Sylvilagus cunicularis
- Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant, Sylvilagus floridanus
- Fenek tat-Tres Marias, Sylvilagus graysoni
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji, Sylvilagus nuttallii
- Fenek ta' denbu qotni tal-Appalach jew Fenek ta' denbu qottni skur, Sylvilagus obscurus
- Fenek robust, Sylvilagus robustus
- Sottoġeneru Microlagus
- Sottoġeneru Tapeti
- Ġeneru Oryctolagus
- Ġeneru Poelagus
- Ġeneru Caprolagus
- Ġeneru Pronolagus
- Ġeneru Lepus
- Sottoġeneru Macrotolagus
- Liepru Antilopu, Lepus alleni
- Sottoġeneru Poecilolagus
- Sottoġeneru Lepus
- Sottoġeneru Proeulagus
- Sottoġeneru Eulagos
- Liepru xkupa, Lepus castroviejoi
- Liepru ta' Yunnan, Lepus comus
- Liepru Korejan, Lepus coreanus
- Liepru Korsikan, Lepus corsicanus
- Liepru Ewropew, Lepus europaeus
- Liepru ta' Granada, Lepus granatensis
- Liepru Manċurjan, Lepus mandshuricus
- Liepru sufi, Lepus oiostolus
- Liepru tal-altipjan ta' l-Etjopja, Lepus starcki
- Liepru ta' denbu abjad, Lepus townsendii
- Sottoġeneru Sabanalagus
- Sottoġeneru Indolagus
- Sottoġeneru Sinolagus
- Sottoġeneru Tarimolagus
- Sottoġeneru incertae sedis
- Sottoġeneru Macrotolagus
- Familja Ochotonidae
[editja] Referenzi
- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 185-211. ISBN 0-801-88221-4.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.