Indja
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Dan l-artiklu huwa abbozz (stub) dwar Ġeografija. Tista' tgħin il-Wikipedija billi ttejbu, dejjem skond il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Ir-Repubblika ta' l-Indja tinsab fin-nofs in-nhar ta' l-Asja u tkopri l-parti l-kbira tas-subkontinet Indjan. Ħafna rotot storiċi u merkantili jgħaddu minnha. L-Indja għandha kosta ta' aktar minn sebat elef kilometru u għandha fruntieri mal-Pakistan, iċ-Ċina, Mianmar, Bangladexx, Nepal, Butan u l-Afganistan. Sri Lanka, il-Maldivi u l-Indoneżja huma gżejjer nazzjonijiet fil-qrib. L-Indja hija it-tieni pajjiż l-aktar popolat fid-dinja, b'popolazzjoni ta' aktar minn biljun ruħ, u ġeografikament is-seba' l-akbar pajjiż.
L-Indja hija l-benniena taċ-ċiviltajiet l-aktar antiki u tat ukoll it-twelid lil erba' reliġjonijiet: L-Induiżmu, il-Buddiżmu, il-Ġeiniżmu u is-Sikiżmu. Il-pajjiż kien parti mill-Imperu Brittanniku qabel ma kiseb l-indipendenza fl-1947. Fl-aħħar għoxrin sena, l-Indja kibret sew, fl-ekonomija u fir-rwol militari u internazzjonali.
L-isem Indja ġej mill-kelma 'Hindu' fil-Persjan antik, li hi nnifisha ġejja mill-kelma 'Sindhu' (Sanskrit), l-isem storiku għax-xmara Indus. Il-kostituzzjoni tal-Indja u l-użu ġenerali jirrikonoxxu ukoll l-isem Bharat (Hindi: भारत), li kien l-isem fis-Sanskrit tar-re antik Hindu. Isem ieħor huwa, Hindustan (Hindi: हिन्दूस्थान), jew 'l-art tal-Hindus' fil-Persjan, li ġie użat miż-żmienijiet Mughal, għalkemm dan l-isem mhux użat kullimkien illum.
Pajjiżi tal-Commonwealth | |
---|---|
Antigua u Barbuda | Awstralja | Baħamas | Bangladexx | Barbados | Belize | Botswana | Brunei | Kamerun | Kanada | Ċipru | Dominika | Fiji | Gambja | Ghana | Grenada | Guyana | Indja | Ġamajka | Kenja | Kiribati | Lesotho | Malawi | Malasja | Maldives | Malta | Mauritius | Mozambique | Namibja | Nauru | New Zealand | Niġerja | Pakistan | Papua New Guinea | Saint Kitts u Nevis | Santa Luċija | San Vinċenz u l-Grenadines | Samoa | Seychelles | Sierra Leone | Singapore | Gżejjer Solomon | Afrika t'Isfel | Sri Lanka | Sważiland | Tanżanija | Tonga | Trinidad u Tobago | Tuvalu | Uganda | Renju Unit | Vanuatu | Żambja |