Isqof Emmanuele Galea
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
L-Isqof Emmanuele Galea twieled l-Isla fl-1891 ġo familja li kienet tinkludi tliet qassisin, iżda għex għal numru kbir ta' snin fiż-Żejtun. Kien saċerdot eżemplari, ta' umiltà u tjubija liema bħalhom. Studja f'Ruma u sar Isqof Titulari ta' Tralles. Kien ukoll Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi ta' Malta. Kien kittieb ta' bosta artikli reliġjużi fil-ġurnali Maltin, kien jgħaddi siegħat twal fil-konfessjonarju tal-knisja sabiħa, stil Romanesk, mibnija minnu biex isservi bħala kappella ta' l-Istitut Ġesu' Nazzarenu, li jinsab iż-Żejtun f'Triq San Girgor kantuniera ma' Triq l-Isqof Emmanuele Galea. Kien ukoll konferenzier tajjeb.
Twieled l-Isla fl-1891, iżda miet iż-Żejtun fl-1974 u l-fdalijiet tiegħu jinsabu f'sarkofagu fil-kappella ta' Ġesù Nazzarenu fiż-Żejtun.