Murexia
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Murexia huwa ġeneru ta' mammiferi, l-marsupjali karnivori, eżattament id-Dasjur tal-pil qasir (għalkemm jissejjaħ ukoll bl-isem ta' Ġurdien marsupjal tal-pil qasir), tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Phascogalini ma' 6 ġeneri oħra, li huma Antechinus, Murexechinus, Micromurexia, Paramurexia, Phascomurexia u Phascogale.
Il-ġeneru Murexia huwa wieħed monotipiku u b' hekk jiġbor fiħ speċi waħda biss (dan il-ġeneru għal żmien twil kien jiġbor fiħ 2 speċi sakemm testijiet morfoloġiċi u ġenetiċi urew li l-ispeċi l-oħra kienet distinta jew differenti biżejjed biex tkun separata u ri-ikklassifikata fil-ġeneru Paramurexia).
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Dasjur tal-pil qasir, Phascogalini, Dasyurinae, Dasyuridae jew Dasyuromorphia)
[editja] Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Murexia
- Ġeneru Murexia (Tate & Archbold,1937)
- Murexia longicaudata (Schlegel,1866)
[editja] Referenzi
- Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.