Phascogalini
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Phascogalini hija tribù ta' mammiferi marsupjali karnivori (għalkemm ħafna mill-ispeċi jibbażaw ħafna fuq dieta insettivora), ta' daqs żgħir u żgħir fil-medju u morfoloġikament qieshom skojjatli, firien, ġrieden u rodituri varji oħra (eżempji ta' speċi membri f' din it-tribù huma, l-Anteċinu, d-Dasjur ta' denbu iswed, id-Dasjur ta' Habberna, id-Dasjur ta' mnieħru twil, id-Dasjur tal-pil qasir, id-Dasjur ta' l-istrixxi wiesgħajn u l-Faskogal).
Din it-tribù qegħda klassifikata fil-klassi Mammalia (il-mammiferi kollha), fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani u l-kolokolo ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae u fis-sottofamilja Dasyurinae ma' tribù oħra biss, id-Dasyurini.
Din hija it-tieni 'l iżgħar tribù fost l- 4 li hemm fil-familja Dasyuridae u tiġbor f' hija 7 ġeneri (Antechinus, Micromurexia, Murexechinus, Murexia, Paraurexia, Phascomurexia u Phascogale) u bosta speċi kemm estinti kif ukoll estanti.
Fin-numru ta' ġeneri din hija it-tieni 'l akbar tribù ('l akbar hija id-Dasyurini b'10 ġeneri), iżda fin-numru ta' l-ispeċi li minn ta' lanqas huma 18, din hija it-tieni 'l iżgħar tribù fost l- 4 tal-familja Dasyuridae ('l iżgħar hija it-tribù Planigalini li għandħa 5 speċi biss).
L-ispeċi tat-tribù Phascogalini, fid-daqs normalment huma iżgħar minn dawk tat-tribù Dasyurini, iżda ġeneralment huma akbar mill-isepċi taż- 2 tribujiet fis-sottofamilja Sminthopsinae.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Anteċinu, id-Dasjur ta' denbu iswed, id-Dasjur ta' Habberna, id-Dasjur ta' mnieħru twil, id-Dasjur tal-pil qasir, id-Dasjur ta' l-istrixxi wiesgħajn u l-Faskogal, Dasjuromorfju jew Dasyuromorphia)
[editja] Lista ta' l-ispeċi tat-tribù Phascogalini
- Tribù Phascogalini (Gill,1872)
- Ġeneru Antechinus (Macleay,1841)
- Antechinus adustus (Thomas,1923)
- Antechinus agilis (Dickman & Parnaby & Crowther & King,1998)
- Antechinus bellus (Thomas,1904)
- Antechinus flavipes (Waterhouse,1837)
- Antechinus godmani (Thomas,1923)
- Antechinus leo (Van Dyck,1980)
- Antechinus minimus (E. Geoffroy Saint-Hilaire,1803)
- Antechinus stuartii (Macleay,1841)
- Antechinus subtropicus (Van Dyck & Crowther,2000)
- Antechinus swainsonii (Waterhouse,1840)
- Ġeneru Micromurexia (Van Dyck,2002)
- Micromurexia habbema (Tate & Archbold,1941)
- Ġeneru Murexechinus (Van Dyck,2002)
- Murexechinus melanurus (Thomas,1899)
- Ġeneru Murexia (Tate & Archbold,1937)
- Murexia longicaudata (Schlegel,1866)
- Ġeneru Paramurexia (Van Dyck,2002)
- Paramurexia rothschildi (Tate,1938)
- Ġeneru Phascomurexia (Van Dyck,2002)
- Phascomurexia naso (Jentink,1911)
- Ġeneru Phascogale (Temminck,1824)
- Phascogale calura (Gould,1844)
- Phascogale pirata (Thomas,1904)
- Phascogale tapoatafa (F.A. Meyer,1793)
- Ġeneru Antechinus (Macleay,1841)
[editja] Referenzi
- Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.