Myrmecobiidae
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Myrmecobiidae hija familja ta' mammiferi marsupjali żgħar speċjalizzati, eżattament in-numbat, l-uniku membru ta' din il-familja.
Din il-familja qegħda klassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali tal-kontinent Awstraljan kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel) u fl-ordni Dasyuromorphia.
Myrmecobiidae flimkien ma' 2 familji oħra, d-Dasyuridae u t-Thylacinidae tifforma l-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan).
Din il-familja tiġbor f' hija ġeneru wieħed Myrmecobius u speċi waħda Myrmecobius fasciatus (b'2 sottospeċi Myrmecobius fasciatus fasciatus u Myrmecobius fasciatus rufus) u din hija l-unika speċi magħrufa li tagħmel parti minn din il-familja, mingħarj 'l ebda ġeneru jew speċi fossili jew estinti.
Fin-numru ta' l-ispeċi, Myrmecobiidae hija 'l aktar familja fqira ta' l-ordni Dasyuromorphia u qegħeda f' periklu kbir ta' estinzjoni.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Numbat jew Dasyuromorphia)
[editja] Lista ta' l-ispeċi tal-familja Myrmecobiidae
- Familja Myrmecobiidae (Waterhouse,1841)
- Ġeneru Myrmecobius (Waterhouse,1836)
- Myrmecobius fasciatus (Waterhouse,1836)
- Myrmecobius fasciatus rufus (Jones,1923)
- Myrmecobius fasciatus fasciatus (Waterhouse,1836)
- Myrmecobius fasciatus (Waterhouse,1836)
- Ġeneru Myrmecobius (Waterhouse,1836)
[editja] Referenzi
- Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.