Myrmecobius
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Myrmecobius huwa ġeneru ta' mammiferi marsupjali karnivori, żgħar, b' dieta speċjalizzata, eżattament in-numbat, tal-kontinent ta' l-Awstralja u huwa endemiku tal-kontinent gżira.
Dan il-ġeneru qiegħed ikklassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali tal-kontinent Awstraljan kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia u fil-familja Myrmecobiidae.
Myrmecobius huwa l-uniku ġeneru fil-familja Myrmecobiidae mingħarj 'l ebda ġeneru ieħor fossilu jew estint. Dan huwa ġeneru monotipiku ukoll u b' hekk jiġbor fiħ speċi waħda biss magħrufa bl-isem xjentifiku ta' Myrmecobius fasciatus (b'2 sottospeċi Myrmecobius fasciatus fasciatus u Myrmecobius fasciatus rufus).
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Numbat, Myrmecobiidae jew Dasyuromorphia)
[editja] Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Myrmecobius
- Ġeneru Myrmecobius (Waterhouse,1836)
- Myrmecobius fasciatus (Waterhouse,1836)
- Myrmecobius fasciatus rufus (Jones,1923)
- Myrmecobius fasciatus fasciatus (Waterhouse,1836)
- Myrmecobius fasciatus (Waterhouse,1836)
[editja] Referenzi
- Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.