Pika ta' Sardinja
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Pika ta' Sardinja |
||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Tpinġijja tal-Pika ta' Sardinja Prolagus sardus bi żbal żgħir għax din kienet speċi b' denb żgħir u ma jidhirx.
|
||||||||||||||||||||
Scientific classification | ||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
Prolagus sardus Wagner, 1832 |
Il-Pika ta' Sardinja Prolagus sardus, jew kif inhu magħruf ukoll Prolagu kien mammiferu plaċentat nativ tal-gżejjer ta' Sardinja u Korsika fil-Mediterran sakemm ġie estint bejn tard fl-1700 u kmieni fl-1800. Uħud mill-ewwel awturi ta' Sardinja kitbu dwar dan il-lagomorfu u ddeskrivew dan il-mammiferu bħala "fenek ġgant mingħajr denb". Hemm ukoll ħjiel li n-Nuraġiċi, il-poplu antik ta' Sardinja kien jiekol dan il-lagomorfu u kien iqisu bħala prelibatezza.
Ħafna nies jemmnu li l-Pika ta' Sardinja jew Prolagu għadu jeżisti u jinsab jgħix fil-partijiet tas-selvaġġ fil-qalba lejn iċ-ċentru tal-gżira ta' Sardinja u oħrajn jemmnu li dan il-mammiferu ġie estint fi żmien ħafna aktar reċenti minn dak li jaħsbu x-xjentisti. Hemm ħafna rapporti min nies li jgħidu li raw il-Pika ta' Sardinja iżda sal-lum l-ebda każ ma ġie verifikat.
[editja] Distribuzjoni
Il-Pika ta' Sardinja kien mifrux maż-2 gżejjer ta' Sardinja u Korsika fil-Mediterran.
[editja] Sinonimi
Il-Pika ta' Korsika li qabel kien magħruf bħala Prolagus corsicanus illum il-ġurnata huwa meqjus bħala konspeċifiku mal-Pika ta' Sardinja u b'hekk sinonimu ta' Prolagus sardus.
[editja] Referenzi
- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 193-194. ISBN 0-801-88221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).Prolagus sardus. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Retrieved on 06 May 2006.