Storja
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Storja huwa terminu li jirreferi kemm għall-informazzjoni relatata ma' azzjonijiet fil-passat, kif ukoll għall-użu ta' relatar ta' ħrejjef u ideat bil-kelma. Meta din il-kelma tintuża bħala isem ta' kamp tal-edukazzjoni, il-kelma storja tirreferi għall-istudju u l-interpretazzjoni tat-tifkiriet tas-soċjetajiet umani. Il-kelma storja ġejja mill-kelma Griega historia, li tfisser "relatar ta' dak li ntqal"; din il-kelma taqsam l-etimoloġija tal-kelma storja, peress li l-Malti assimilaha mil-Latin. Skond l-Encyclopædia Britannica tal-1911, l-"istorja, f'sens wiesa, hi dak kollu li ġara, mhux biss bħala fenomenu ta' ħajja umana, iżda bħala storja tad-dinja naturali waħidha. Din tinkludi dak kollox li jinbidel; u kif turi x-xjenza moderna, m'hemm xejn li hu fiss, u allura l-univers kollu, u dak kollox li jifforma parti minnu, għandu l-istorja tiegħu."
L-istorjografi għandhom ħafna sorsi differenti ta' informazzjoni, dawn jinkludu dawk miktuba u dawk li m'humiex, intervisti u arkeoloġija. Tipi differenti ta' ideat jirreferu għal perijodi differenti, u għalhekk l-istudju tal-istorja jinbidel maż-żmien. Avvenimenti li seħħew qabel ma l-bniedem kellu metodi ta' kif jikteb u jarkivja, jissejħu avvenimenti preistoriċi.
L-għarfien ta' l-istorja jikkomprendi kemm l-għarfien ta' ġrajjiet passati kif ukoll metodi ta' kif jaħseb l-istorjografu.
Il-kritika ta' l-istorja bħala xjenza kienet wisq ikkonċentrata fuq eventi politiċi jew fuq individwi partikolari. Tibdiliet profondi li jaffetwaw l-ideat, it-teknoloġija, il-ħajja tal-familja u l-kultura, rċevew ftit attenzjoni. Żviluppi riċenti fl-Istorjografija qiegħdin jibbilanċjaw din il-problema.
Huwa importanti li jiġi nnutat li l-Istorja ma tintużax biex timmappa ħajjet l-ispeċi umana fit-totalità ta' l-istorja tagħha, iżda biss lejn eventi li seħħew wara r-Rivoluzzjoni Agrikolturali u l-iżvilupp ta' l-ewwel ċiviltajiet, bejn wieħed u ieħor, f'dawn l-aħħar 10,000 sena. Avvenimenti li seħħew qabel din id-data jiġu klassifikati bħala preistorja, li tifforma 99% taż-żmien tagħna fuq din l-art, anki jekk ma seħħ l-ebda tibdil fl-istruttura ġenetika tar-razza tagħna.
Storja | Portal ta' l-Istorja | Kategorija:Storja |
Storja antika | Storja medjevali | Storja moderna | Storja kontemporanja |
Fergħat ġenerali tax-Xjenzi soċjali |
---|
Antropoloġija | Ekonomija | Edukazzjoni | Storja | Ġeografija umana |
Lingwistika | Management | Xjenzi politiċi | Psikoloġija | Soċjoloġija |
Dan l-artiklu huwa abbozz (stub). Jekk tista', ikkontribwixxi issa biex ittejbu, dejjem skond il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. Għal-lista kompluta ta' abbozzi, ara l-kategorija relatata. |
Categories: Stub | Storja