Eomanis
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Eomanis huwa ġeneru, ta' mammiferi estinti (il-pangolini), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Pholidota, fil-familja Manidae u fis-sottofamilja Maninae, ma' 3 ġeneri oħra, li huma Necromanis estint, Patriomanis estint u Manis.
Eomanis huwa pangolin fossilu mil-Eocene nofsani ta' l-Ewropa li nstab fil-fossa tat-tajn ta' Messel fil-Ġermanja. Dan kien pangolin ta' madwar 50ċm simili ħafna għal pangolini eżistenti llum. Id-dieta ta' Eomanis kienet tikkonsisti kemm minn insetti kif ukoll minn ħxejjex.
(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu pangolin)
[editja] Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Eomanis
- Ġeneru Eomanis
- Eomanis krebsi (Storch & Martin, 1994)
- Eomanis waldi (Storch, 1978)