Necromanis
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Necromanis huwa ġeneru ta' mammiferi estinti (il-pangolini), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Pholidota, fil-familja Manidae u fis-sottofamilja Maninae, ma' 3 ġeneri oħra, li huma Eomanis estint, Patriomanis estint u Manis.
Necromanis jista' jkun 1 minn 3 speċi ta' pangolini fossili mil-Miocene ta' l-Ewropa li nstabu fi Franza. Minn dak li jidher mill-fossili dawn il-pangolini kienu identiċi fil-biċċa l-kbira ta' l-anatomija , dieta u mġieba bħal pangolini eżistenti llum.
L-ispeċi fil-ġeneru Necromanis huma dixxendenti tal-pangolini fil-ġeneru Eomanis mill-Eocene nofsani ta' l-Ewropa.
(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu pangolin)
[editja] Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Necromanis
- Ġeneru Necromanis
- Necromanis edwardsi
- Necromanis franconica
- Necromanis quercyi