Pangolin
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Pangolini |
||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Image:Pangolin.jpg |
||||||||||||||||||
Scientific classification | ||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
Manis culionensis |
Mammiferi insettivori ta' daqs żgħir u medju mifruxa mar-reġjuni tropikali ta' l-Afrika u l-Asja. Pangolini jew wikkiela n-nemel ta' l-iskalji hemm 8 speċi, kollha fil-ġeneru Manis, fis-sottofamilja Maninae, fil-familja Manidae u fl-ordni Pholidota. L-isem "pangolin" ġej minn kelma Malajana "pengguling" li tfisser imkebbeb.
Il-pangolini għandhom ġisimhom miksi bi skalji kbar u iebsa magħmulin minn ħafna strati ta' xagħar. L-iskalji fuq il-pangolini iż-żgħar ikunu rotob, iżda dawn jibbiesu bil-mod il-mod matul l-iżvilupp. Dawn l-iskalji minn barra li jiffurmaw armatura naturali, għandhom ix-xifer qisu xafra u b'hekk iservu ta' difiża doppja. Il-pangolini meta jħossuhom fil-periklu kapaċi jitkebbu f'forma ta' ballun.
Il-pangolini ma għandhomx snien, iżda minflok għandhom ilsien twil ħafna u glandola tal-bżieq enormi. Il-bżieq li joħroġ minn din il-glandola qisu kolla u flimkien ma' l-ilsien jintużaw mill-pangolini biex jaqbdu kwantita kbira ta' nemel u termiti.
[editja] Klassifikazjoni
Il-pangolini darba kienu jagħmlu parti ma' l-ordni Edentata. Madankollu, l-aħħar studji tal-filoġenija molekulari urew li dawn il-mammiferi għandhom jiġu klassifikati għalihom fl-ordni Pholidota, bil-membri ta' l-ordni Carnivora bħala l-aktar mammiferi ġenetikament fil-qrib. Xi paleontoloġisti klassifikaw il-pangolini fl-ordni Cimolesta, flimkien ma' gruppi ta' mammiferi estinti oħra.
- Ordni Pholidota
- Ġeneru Arcticanodon (incertae sedis)
- Ġeneru Melaniella (incertae sedis)
- Ġeneru Tubulodon (incertae sedis) (Alocodon & Pentapassalus - sinonimi)
- Familja Epoicotheriidae (estinta)
- Familja Escavadodontidae (estinta)
- Familja Metacheiromyidae (estinta)
- Familja Manidae
- Sottofamilja Eurotamandua (estinta)
- Sottofamilja Maninae