Fajlum
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Klassifikazjoni Tassonomika |
Segwi il-Proġett Forom ta' Ħajja
|
Fajlum (Fajla fil-plural) huwa Takson użat fil-Klassifikazjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin. Il-Fajla jirrapreżentaw l-akbar gruppi ta' annimali u organiżmi oħra ħajja b'ċertu attributi evoluzjonarji li huma ġeneralment aċċettati, għalkemm dawn xi kulltant jiġu miġbura f'gruppi akbar l-hekk imsejħa Superfajla (eż. Ecdysozoa bi 8 Fajla). Informalment, Fajlum jista' jkun maħsub bħala grupp ta' annimali bbażat fuq mudell ta' ġisem inġenerali.
Il-Fajlum bħala Takson fil-ġerarkija obbligatorja qiegħed eżatt taħt il-Renju u livell aktar 'l fuq mil-Klassi
Il-Fajlum bħala Takson fil-ġerarkija f'tassonomija kumplessa huwa Takson bejn is-Superfajlum u s-Sottofajlum.
Il-Klassifikazjonijiet tal-organiżmi f'sistema ġerarkika bdew jintużaw fis-sekli 17 u 18. Normalment l-organiżmi kienu jiġu miġbura fi gruppi skond is-similaritajiet morfoloġiċi bl-idejat tal-esperti ta' dawk iż-żminijiet u dawn il-gruppi fi gruppi akbar dejjem skond is-similaritajiet u kienu jibqgħu sejrin hekk sakemm tifforma ġerarkija sħiħa (eż. annimali bl-għadam u annimali b'exoskeletru "skeletru minbarra"). Madankollu bid-differenzi kollha fid-dehra esterjuri ta' dawn l-organiżmi, il-klassifikazjoni tal-Fajla hija bbażata fuq l-organizzazjoni interna.
Għalkemm il-Kodiċi Internazjonali tan-Nomenklatura Botanika jaċċetta l-użu tat-terminu "Fajlum" b'referenza għal pjanti, fil-botanika kważi dejjem jiġi użat it-terminu "Diviżjoni".
L-aktar Fajla magħrufa huma Mollusca, Porifera, Cnidaria, Platyhelminthes, Nematoda, Annelida, Arthropoda, Echinodermata u Chordata. Dan ta' l-aħħar huwa il-Fajlum li huwa klassifikat fih il-bniedem. Għalkemm bejn wieħed u ieħor hemm 35 Fajla, id-9 imsemmija hawn fuq jinkludu fihom il-biċċa l-kbira ta' l-ispeċi. Ħafna minn dawn il-Fajla huma esklużivament tal-baħar (jew marini) u Fajlum 1 biss huwa totalment nieqes mill-ambjent tal-baħar, il- Onychophora jew ħniex tal-bellus.
L-aħħar Fajlum skopert mix-xjenza kien Cycliophora fl-1993. Meta jinstab annimal ġdid ħafna drabi, jkun kemm ikun stramb, normalment dejjem ikun jikklassifika fost il-Fajla magħrufa. Għalkemm hemm miljuni ta' speċi eżistenti, dawn kollha jikklassifikaw taħt wieħed minn bejn wieħed u ieħor 35 Fajla. Madankollu S.pandora tant hija speċi mhux tas-soltu li ma kienx possibli tkun klassifikata taħt wieħed mill-Fajla eżistenti u b'hekk inħoloq Fajlum ġdid il-Cycliophora għal din l-ispeċi biss u dan kien 1 mit-3 [Fajlum|Fajla]] li ġew skoperti fl-aħħar seklu.
Klassifikazjoni Tassonomika Obbligatorja |
Dominju - Renju - Fajlum (żooloġija) jew Diviżjoni (botanika) - Klassi - Ordni - Familja - Ġeneru - Speċi |