Renju
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Klassifikazjoni Tassonomika |
Segwi il-Proġett Forom ta' Ħajja
|
Renju fil-bioloġija, huwa Takson li qiegħed fil-quċċata (jew kważi) tal-iskema fil-Klassifikazjoni Xjentifika tal-organiżmi (għax fl-iskemi moderni Dominju jew Imperu qegħdin jiġu wżati bħala l-ogħla Taksa). Ir-Renji jinqasmu fi gruppi iżgħar, l-hekk imsejħa Fajlum (fiż-żooloġija) jew Diviżjoni (fil-botanika), għalkemm qabel dan Renju jista' jinqasam f'Sottorenju, f'Fergħa jew f'Infrarenju, biss dawn m'humiex livelli obbligatorji.
Carolus Linnaeus fl-ewwel publikazjoni tas-Systema Naturae fl-1735, kellu skema ta' klassifikazjoni b'2 Renji ta' organiżmi ħajjin, Animalia għal annimali u Vegetabilia għal pjanti (Carolus Linnaeus inkluda wkoll il-minerali, fir-Renju Mineralia). Carolus Linnaeus qasam ir-Renji f'klassijiet u dawn ta' l-aħħar ġew miġbura f'Fajla għal annimali u f'Diviżjonijiet għal pjanti.
[editja] Skemi ta' klassifikazjonijiet użati matul iż-żminijiet
Linnaeus 1735 2 Renji |
Haeckel 1866[1] 3 Renji |
Chatton 1937[2] 2 Imperi |
Copeland 1956[3] 4 Renji |
Whittaker 1969[4] 5 Renji |
Woese et al. 1977[5] 6 Renji |
Woese et al. 1990[6] 3 Dominji |
---|---|---|---|---|---|---|
(ma kienux inklużi) | Protista | Prokaryota | Monera | Monera | Eubacteria | Bacteria |
Archaebacteria | Archaea | |||||
Eukaryota | Protoctista | Protista | Protista | Eukarya | ||
Vegetabilia | Plantae | Fungi | Fungi | |||
Plantae | Plantae | Plantae | ||||
Animalia | Animalia | Animalia | Animalia | Animalia |
(Nota: l-ekwivalenzi f'din it-tabella mhumiex eżatt. Pereżempju, Haeckel poġġa l-algi ħomor (fil-klassifika ta' Haeckel Florideae u fil-klassifiki moderni Florideophyceae) u l-algi blu-ħodor (fil-klassifika ta' Haeckel Archephyta u fil-klassifiki moderni Cyanobacteria) fir-Renju Plantae, filwaqt li fl-iskemi ta' klassifika moderna huma kkunsidrati bħala membri tar-Renji Protista u Bacteria rispettivament. Madankollu, għalkemm hemm xi nuqqasijiet fl-ekwivalenzi, din hija tabella semplifikata utli xorta waħda)