Sottofajlum
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Klassifikazjoni Tassonomika |
Segwi il-Proġett Forom ta' Ħajja
|
Sottofajlum fil-bioloġija, huwa Takson fil-Klassifikazjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin li jista' jiġbor fih l-Infrafajla. Is-Sottofajlum fil-ġerarkija qiegħed eżatt taħt il-Fajlum u livell aktar 'l fuq mill-Infrafajlum.
Sottofajlum huwa Takson li jintuża fl-iskema ta' klassifikazjoni fiż-żooloġija waqt li fil-botanika jintuża t-Takson ekkwivalenti is-Sottodiviżjoni.
Ftit eżempji ta' Sottofajla huma;
- Fajlum Arthropoda: jinqasam f'Sottofajla Trilobitomorpha, Chelicerata, Myriapoda, Hexapoda u Crustacea.
- Fajlum Branchiopoda: jinqasam f'Sottofajla Linguiliformea, Craniformea u Rhychonelliformea,
- Fajlum Chordata: jinqasam f'Sottofajla Urochordata, Cephalochordata u Vertebrata.
Mhux il-Fajla kollha jinqasmu f'Sottofajla.