Lamantin Afrikan
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Lamantin Afrikan |
||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Lamantin Afrikan Trichechus senegalensis
|
||||||||||||||||||
Scientific classification | ||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
Trichechus senegalensis |
Il-Lamantin Afrikan huwa 1 minn 3 speċi ta' mammiferi plaċentati erbivori kbar tal-ilma, mill-familja Trichechidae fil-ġeneru Trichechus magħruf ukoll bħala baqra tal-baħar jew bl-isem ta' "manati" kelma Spanjola li ġejja mill-Karibew li tfisser "sider" ta' mara. Dan il-lamantin ftit li xejn ġie studjat u b'hekk ma tantx hemm tagħrif dwaru.
Il-lamantin Afrikan għandu ġilda griża u bħala kobor huwa l-mezzan fost it-3 speċi li jeżistu, twil minn 3 metri sa 4.5 metri u jiżen massimu ta' ftit inqas minn 500kilogramm. Dan il-lamantin minbarra huwa simili ħafna tal-lamantin tal-Karibew ħlief mid-daqs, fejn normalment il-lamantin tal-Karibew jiżen id-doppju u jidher ħafna eħxen.
Werrej |
[editja] Dieta
Il-Lamantin Afrikan huwa mammiferu erbivoru li jiekol ħafna speċi ta' pjanti u huwa l-aktar speċi ta' lamantin li jiekol veġetazzjoni li mhix tal-ilma. Lamantin adult normalment jiekol madwar 10% tal-piż ta' ġismu f'veġetazzjoni kuljum.
[editja] Distribuzzjoni
Il-Lamantin Afrikan (Trichechus senegalensis) huwa mifrux mal-kosta u max-xmajjar fil-Punent ta' l-Afrika fil-pajjiżi bħal Angola, Benin, Burkina Faso, Ċad, Gabon, Gambja, Ghana, Gwineja, Gwineja Ekwatorjali, Gwineja-Bissau, Kamerun, Kosta tal-Avorju, Liberja, Mali, Mawritanja, Niger, Niġerja, Republika demokratika tal-Kongo, Senegal, Sjerra Lejone u Togo.
[editja] Riproduzjoni
Għoġol 1 (rarament 2) jitwieled wara tqala ta' bejn wieħed u ieħor 13-il xagħar, joħroġ bid-denb l-ewwel u jitla għal ewwel nifs waħdu mingħajr l'ebda għajnuna min naħa tal-omm. Dan jibqa dipendenti fuq l-omm għal tul ta' żmien twil, b'hekk iż-żmien bejn it-twelied ta' għoġol u ieħor idum minn 3 sa 5 snien, rata ta' riproduzjoni verament baxxa. Il-maturita sesswali fin-nisa tista tintlaħħaq kmieni fl-eta ta' 3 snien biss waqt li fl-irġiel tieħu aktar żmien.Il-lamantin Afrikan huwa maħsub li jigħx madwar it-30 sena.
[editja] Klassifikazzjoni
- Ordni Sirenia
- Familja Trichechidae
- Ġeneru Trichechus
- Lamantin Afrikan, Trichechus senegalensis
- Ġeneru Trichechus
- Familja Trichechidae
[editja] Referenzi
- Shoshani, Jeheskel (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 93. ISBN 0-801-88221-4.
[editja] Links
- Bagheera An educational website of Earth's endangered animals
- http://www.geocities.com/philgarringer/St_Lawrence_manatee.html A website dedicated to protecting the Northern Manatee
- http://cars.er.usgs.gov/pics/manatee/manatee.html USGS gallery on manatees, also depicting habitats close to power plants